L-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-KUMMISSARJU GĦOLI TAL-UGANDA
pr140433mt
07/03/2014
Dalgħodu, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia, kellu żjara ta’ kortesija mill-Kummissarju Għoli tar-Repubblika tal-Uganda, ET is-Sinjura Grace Akello.
Iż-żewġ naħat iddiskutew suġġetti ta’ interess komuni, fosthom Konvenzjoni dwar it-Tneħħija tat-Taxxa Doppja u l-Prevenzjoni tal-Evażjoni Fiskali, il-possibilita` li studenti mill-Uganda jiġu jistudjaw Malta u l-ko-operazzjoni kummerċjali f’oqsma bħall-Port Ħieles u l-agrikultura. Il-laqgħa tac-CHOGM 2015 issemmiet ukoll.
Matul il-laqgħa, saret referenza għall-possibilita` ta’ bdil ta’ żjarat f’livell Parlamentari kif ukoll it-twaqqif ta’ Joint Parliamentary Friendship Group.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en