STQARRIJA MILL-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar
Reazzjoni tal-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar għal konferenza tal-Aħbarijiet indrizzata mill-Viċi Kap Nazzjonalista Dr. Mario Demarco
Il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, kif diġa qal fir-reazzjoni uffiċjali, filwaqt li qed jagħraf in-nuqqasijiet li kien hemm jilqa’ wkoll il-kummenti pozittivi li saru mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali li għaraf l-impenn ġenwien tal-Ministeru li jbiddel il-proċess f’wieħed miftuħ għal kulħadd, trasparenti u saħansitra jippromwovi l-good governance. Dan l-impenn min naħa ta’ dan il-Ministeru, li qed ikun rikonoxxut mill-Awditur Ġenerali, m’għandux ikun oskurat.
Il-Ministeru jerġa jisħaq li l-intenzjoni kienet waħda ċara ħafna; tinbidel is-sistema adottata mill-Gvern Nazzjonalista fejn dawn it-tip ta’ kuntratti kienu jingħataw lil l-istess nies, fejn kien hemm anke okkazzjonijiet fejn kuntratti ta’ dan it-tip ingħataw b’sempliċi telefonata.
Din il-pozizzjoni ta’ rispett tikkuntrasta bil-kbir mal-mod kif kien ittrattat l-uffiċju tal-Awditur Ġenerali taħt Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, fejn saħansitra kellek sensiela ta’ attakki minn Ministri tal-Gvern fil-konfront ta’ dan l-uffiċċju kostitwit kostituzzjonalment.
Il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ifakkar li l-Ufficju tal-Awditur Ġenerali kien ilu għal snin twal iwiddeb il-Ministri tal-Gvern Nazzjonalista fuq sensiela sħiħa ta’ nuqqasijiet. Id-differenza bejn l-amministrazzjoni tal-passat u din hija waħda ċara;
Dan il-Gvern jirrispetta dan l-uffiċċju kostitwiet kostituzzjonalment u diġa beda jaħdem fuq ir-rakomandazzjonijiet tiegħu. Filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista kien jinjora sistematikament ir-rapporti tal-Awditur Ġenerali u agħar minn hekk kellek saħansitra Ministri li attakkaw dan l-Uffiċċju.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en