AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi
Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali, persuni li jgħoddu, jissorveljaw u jikkalkolaw
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li se tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni li isimhom se jidher fir-Reġistru Elettorali, li se jkun ippubblikat f’April 2014, sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew bħala persuni li jgħoddu, persuni li jissorveljaw u persuni li jikkalkolaw għal waqt l-għadd tal-voti fl-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u fl-Elezzjonijiet tal-Kumitati Amministrattivi li se jsiru s-Sibt, 24 ta’ Mejju, 2014. Min japplika jrid ikun dispost li jattendi sessjonijiet ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni Elettorali.
L-applikazzjonijiet fuq il-formoli preskritti jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali fl-Uffiċċju tagħha, Evans Building, Misraħ Sant’Iermu, il-Belt Valletta, mit-Tnejn, 10 ta’ Marzu, 2014 sal-Ġimgħa, 14 ta’ Marzu, 2014, mit-3.00 pm sat-8.00 pm u nhar is-Sibt, 15 ta’ Marzu, 2014, mit-8.00 am sas-1.00 pm. Persuni Għawdxin jistgħu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A Pjazza San Frangisk, ir-Rabat, Għawdex. Il-formoli tal-applikazzjonijiet, li huma dawk biss aċċettabbli, jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali fl-istess ġranet u ħinijiet jew mill-website tal-Kummissjoni Elettorali www.electoral.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en