Left arrow Mur Lura

IMNIEDI L-‘MUSIC AND STEEL FESTIVAL’ LI SE JSIR FIT-30 TA’ MARZU FL-EKS SHIP BUILDING TAL-MARSA

pr140426
Date Icon 06/03/2014

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona nieda l-Music & Steel Festival, li ser isir fit-30 ta’ Marzu fis-sit tal-eks Ship Building tal-Marsa, bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ bands lokali. Dan il-kunċert, li qed jiġi organizzat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FCN), jagħmel parti mill-programm ta’ sittin attività li qed jiġu organizzata b’rabta maċ-ċelebrazzjonjiet li jimmarkaw erba’ anniversarji li Malta ser tkun qed tiċċelebra din is-sena.

Il-Line up għal dan il-kunċert, li huwa bla ħlas u li mistenni jattira numru kbir ta’ nies, ser ikun magħmul minn:

·         The New Victorians

·         The Crowns

·         Red Electrik

·         The Riffs

·         Airport Impressions

·         Tribali

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Cardona qal li meta l-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ġie avviċinat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FCN) biex ikun utilizat is-sit tal-eks shipbuilding tal-Marsa f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, huwa qabel mill-ewwel.

Il-Ministru Cardona qal li qabel mal-uzu ta’ dan is-sit għal dan l-avveniment għaliex permezz ta’ dan il-festival se nkunu qed insellmu u nagħtu ġieħ lil dawk il-ħaddiema li taw siegħat twal ta’ xogħol f’dan is-sit li għal snin twal kien benniena ewlenija tas-snajja’ Maltin. “Qbilt ukoll li jintuża dan is-sit għaliex dan jinsab fil-proċess avvanzat li jerġa’ jingħata l-glorja li tixraqlu.” kompla jgħid il-Ministru Cardona.

Il-Ministru Cardona enfasizza li ċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali li ser ikunu qed jiġu ċċelebrati matul din is-sena huma ċelebrazzjonijiet tal-pajjiż kollu, tal-poplu kollu u mhux tal-Gvern jew l-Oppożizzjoni.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mis-Sur Marc Muscat, koordinatur tal- Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FCN) kif ukoll mill-membri tal-bands lokali li se jkunu qed jipparteċipaw f’dan il-festival.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow