Left arrow Mur Lura

MALTA IKKUNSIDRATA BĦALA PAJJIŻ B’INNOVAZZJONI MODERATA

pr140417mt
Date Icon 05/03/2014

Malta ġiet ikklassifikata bħala pajjiż li tħaddan innovazzjoni moderata. Dan ifisser li l-livell ta’ innovazzjoni huwa taħt il-medja tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropeja. Filfatt, Malta tinsab fit-tnejn u għoxrin post mill-pajjiżi Ewropej, post aħjar mill-aħħar klassifika tas-sena l-oħra.

Pero’ din il-klassifika issemmi ukoll kif Malta hija waħda minn ħames pajjiżi ikklassifikati bħala dawk li għandhom innovazzjoni moderata, li għandha rata ta’ tkabbir ta’ innovazzjoni iktar mill-medja ta’ l-Unjoni Ewropeja, liema rata ta’ tkabbir huwa ta’ tnejn fil-mija, liema tkabbir qed iwassal biex relattivatament, l-innovazzjoni ta’ Malta qed tqarreb aktar lejn il-medja.

Ġew identifikati nuqqasijiet fejn jidħlu studenti barra mill-Unjoni Ewropeja li qed jistudjaw għad-dottorat u gradwati ġodda bid-dottorat. Minn naħa l-oħra, reġistrazzjoni ta’ trademarks, investiment fi żvilupp u innovazzjoni li mhux direttament ta’ ricerka, u xogħol f’setturi li jinvolvu teknoloġija kienu oqsma li Malta eċċellat fihom.

Ġie irregistrat tkabbir notevoli fejn jidħol pubblikazzjonijiet xjentifiċi u disinn. Wieħed irid isemmi ukoll li fl-informazzjoni miġbura, Malta ġiet assessjata fuq indikatur inqas, peress li m’għadniex reġjuni.

F’kummenti li ta s-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, qal li “wieħed irid iżomm f’moħħu li l-klassifikazzjoni li għadha kif ħarġet ta’ l-Innovation Union Scorboard, hija maħduma fuq figuri li jirrigwardjaw is-snin 2009, 2010, 2011 u 2012. Pero’ huwa ferm inkoraġġanti l-fatt li qed nirreġistraw tkabbir annwali fl-investiment innovattiv, ta’ madwar tnejn fil-mija. L-Istrateġija Nazzjonali għar-riċerka w innovazzjoni għas-snin 2014 – 2020 għandha tkompli tgħinna biex inkomplu intejbu dan it-tkabbir u riżultati pożittivi fil-qasam ta’ l-innovazzjoni.”

Stefan Buontempo ikkonkluda il-kummenti tiegħu billi qal li l-fatt li dan il-Gvern appunta għal-ewwel darba Segretarju Parlamentari li jiffoka fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni u għolla l-investiment fir-riċerka minn 0.67% għal 2%, juri l-impenn tal-Gvern li għandu biex jara li dan is-settur ikompli jikber. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow