Left arrow Go Back

IL-GVERN IMPENJAT LI JOĦLOQ IL-GREEN JOBS

pr140407
Date Icon 05/03/2014

F’Dubai, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat  qal li l-Gvern Malti jinsab impenjat li  joħloq Green Jobs fl-isfond tal-Ekonomija l-Ħadra. Dan qalu meta kien qed jiġi intervistat f'Dubai mill-UNEP (United Nations Environment Programme).  Il-Ministru Brincat fisser kif qed jiġi msawwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-istess Gvern Malti għal dawn it-tip ta’ xogħlijiet.

Il-Ministru Brincat li kien qed jattendi l-ewwel Konferenza globali dwar partnership għall-azzjoni dwar l-Ekonomija l-Ħadra tal-UNEP, fuq stedina tal-Ministru tal-Ambjent tal-Emirati Għarab Magħquda, ltaqa’ mal-Prim Ministru u Viċi President tal-Emirati Sheikh Mohammed Bin Rashid Al Maktoum.

Nhar l-Erbgħa huwa kellu taħdidiet f’Abu Dhabi dwar  t-tisħiħ tar-relazzjonijiet strateġiċi bejn iż-żewġ pajjiżi ma’ Sheika Lubna bint Khalid Al Qasimi li hija l-Ministru tal-Emirati  responsabbli mill-kooperazzjoni Internazzjonali u mill-Iżvilupp. 

Aktar kmieni huwa indirizza s-seduta plenarja tal-Konferenza fl-isfond tad-diskussjoni li kien hemm fil-ġurnata ta’ qabel dwar il-finanzjament privat u l-investiment għall-ħolqien tal-Green Jobs flimkien mat-tkabbir u t-tkattir tal-Ekonomija l-Ħadra.

Waqt l-istess żjara l-Ministru Brincat żar ukoll En-Park f’Dubai li hija Business Park ta’ Tecom Investments li tiffaċilita t-tkabbir tal-kummerċ fl-oqsma tal-Ambjent u l-Enerġija. Hemmhekk huwa kellu taħdidiet mad-Direttur Eżekuttiv tal-Park.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow