ĊAQLIQ TA’ UFFIĊINI FID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA
Id-Dipartiment tas-Saħħa jixtieq javza lill-pubbliku li s-sezzjonijiet hawn taħt imsemmija min-nhar it-Tnejn 10 ta’ Marzu 2014 se jibdew joperaw minn dak li kien l-Outpatients Block fl-Isptar San Luqa, Gwardamanġia:
Entitlement Unit, European Health Insurance Card (E111)
Numru tat-telefown: 22992345
National Contact Point for Cross Border Health Care
Numru tat-telefown: 21220501
Treatment Abroad Coordination Office
Numru tat-telefown: 22992650 / 22992390
Għalhekk, minħabba dan iċ-ċaqliq, nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu, dawn l-uffiċini li bħalissa jinsabu fil-Ministeru għas-Saħħa, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, l-Belt Valletta, mhux se jkunu miftuħa.
L-uffiċċju tat-Treatment Abroad Coordination Office li jinsab fl-Isptar Mater Dei, mhux se jiċċaqlaq.
Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Entitlement Unit, European Health Insurance Card (E111) se jkunu kif ġej:
Nhar ta’ Tnejn: mit-08:30am sa’ nofsinhar
Nhar ta’ Erbgħa: mit-08:30am sa’ nofsinhar u mis-2.00pm sal-4.00pm
Nhar ta’ Ġimgħa: mit-08:30am sa’ nofsinhar
Id-Dipartiment tas-Saħħa jiskuża ruħhu mal-pubbliku għal kull inkonvenjenza li tista’ tinħoloq sakemm isir dan iċ-ċaqliq.Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en