Left arrow Mur Lura

Child Supplement biex nattakkaw il-faqar fost it-tfal

pr140403
Date Icon 05/03/2014

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret l-introduzzjoni ta’ Child Supplement minn Settembru li ġej immirat biex jindirizza l-faqar fost it-tfal.

‘Dan il-benefiċċju m’għandux x’jaqsam maċ-Children’s Allowance għaliex se jkun marbut ma’ numru ta’ kundizzjonijiet li jridu jintlaħqu bil-għan li koppji jew single parents ikunu jistgħu jibbenefikaw’, sostniet il-Ministru Coleiro Preca.

Fosthom, dawk li jattendu l-iskola, dawk li jkollhom visti mediċi fuq bażi regolari u dawk li jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi u kulturali.

F’każ li dawn il-kundizzjonijiet ma jintlaħqux, qalet il-Ministru Coleiro Preca, l-benefiċċju ma jingħatax lill-ġenituri iżda jiġi investit f’kont bankarju f’isem it-tifel jew it-tifla li jistgħu jintużaw biss għall-edukazzjoni u t-taħriġ.

Għall-ewwel tlett itfal se jingħata benefiċċju ta’ €400 fis-sena filwaqt li l-ulied sussegwenti jingħataw €200.

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali spjegat li jistgħu jibbenefikaw koppji li jaqilgħu inqas minn €11,000 u single-parents li jaqilgħu inqas minn €9,000.

Qalet li ma teżistix il-ħtieġa li l-ġenituri japplikaw għal dan il-benefiċċju għaliex il-Gvern diġà għandu l-informazzjoni neċessarja permezz tal-għoti taċ-Children’s Allowance.

Temmet tgħid li dan il-benefiċċju se jgħin 22,000 tifel u tifla li jinsabu f’riskju ta’ faqar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow