STQARRIJA TAL-GVERN TA’ MALTA
L-Oppożizzjoni tibqa’ tipprova ttellef minkejja kunsens f’pajjiżna u mal-Kummissjoni Ewropea
Bl-emendi li tressqu għall-Avviż Legali 47 tal-2014, l-Oppożizzjoni qed tmur saħansitra kontra l-iskrutinju u t-timbru ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Iż-żmien kollu li ħadet l-Oppożizzjoni biex tirreaġġixxi għall-Avviż Legali juri ċar li ma kellhiex fuq xiex tibbaża l-argumenti tagħha.
Il-Gvern jibqa’ miftuħ li jisma’. Madankollu, jidher ċar mill-mod kif ġabet ruħha l-Oppożizzjoni pubblikament anke wara li l-Kummissjoni Ewropea approvat il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment l-intenzjoni hija biss li tħassar.
Jekk issa l-Oppożizzjoni lanqas trid tisma’ mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Korpi Kostitwiti kollha, allura huwa ċar l-istat ta’ iżolament li waqgħu fih Simon Busuttil u l-Oppożizzjoni.
Il-messaġġ li ħareġ minn kull min hu ta’ rieda tajba wara n-negozjati b’suċċess mal-Unjoni Ewropea huwa let’s move on u ma ntellfux iktar opportunitajiet lill-pajjiż.
It-telf ta' ħin tal-Oppożizzjoni huwa ċar li ma huwiex iddettat minn sens ta’ rieda tajba, iżda li jtawwal sabiex jipprova jtellef mis-suċċess tal-investiment.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en