DISKUSSI OPPORTUNITAJIET TA' FINANZJAMENT EWROPEW B'RISQ ŻGĦAŻAGĦ U TFAL LI JBATU MID-DYSLEXIA
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Ian Borg iltaqa’ ma’ grupp ta’ studenti li jbatu mid-dyslexia biex flimkien mal-ġenituri tagħhom iddiskutew il-problemi li huma jaffaċċjaw ta’ kuljum minħabba din il-kundizzjoni, filwaqt li esplora magħhom diversi opportunitajiet li programmi ta’ Fondi Ewropej bħal Erasmus+ u l-Fond Soċjali Ewropew joffru għal studenti bħalhom.
Fil-fatt dawn l-istudenti infurmaw lil Dr Borg li bħalissa qegħdin iħejju l-applikazzjonijiet neċessarji sabiex fix-xhur li ġejjin japplikaw għall-fondi taħt il-programm Erasmus+. Il-ħsieb tagħhom huwa li jimbarkaw fuq proġett ta’ skambju ma’ studenti oħra Ewropej li jbatu mill-istess kundizzjonijiet bħalhom biex b’hekk flimkien jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.
Dr Borg ħeġġeġ lil dawn l-istudenti u lill-ġenituri tagħhom biex ikomplu jkunu proattivi f’dan il-qasam biex b’hekk jixprunaw it-tibdiliet li jixtiequ jaraw iseħħu f’dan il-qasam. Hawnhekk Dr Borg għamillhom kuraġġ biex jitkellmu mal-awtoritajiet edukattivi sabiex mill-budget Ewropew preżenti jiġu mwettqa proġetti permezz tal-Fond Soċjali Ewropew li jitfgħu aktar dawl fuq il-problemi li studenti bħalhom jaffaċjaw tul il-ħajja studenteska tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en