KUNSILLI LOKALI, KUMITATI REĠJONALI U KUMITATI AMMINISTRATTIVI MWISSIJA DWAR NUQQAS TA' MINUTI FUQ IL-WEBSITE
Il-Bord ta’ Gvernanza Lokali ddiskuta ksur ta’ provvedimenti tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali minn Kunsilli Lokali, Kumitati Reġjonali u Kumitati Amministrattivi dwar it-tqegħid tal-minuti tal-laqgħat fuq il-website.
Il-Bord ta’ Gvernanza Lokali kien ilu jsegwi l-ħidma tal-Monitoring Unit tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali sa minn Settembru li għadda fejn għal aktar minn darba dawn ġibdu l-attenzjoni ta’ min hu responsabbli dwar l-obbligu legali li l-liġi timponi fuq s-Segretarju Eżekuttiv fejn jidħlu l-minuti tal-laqgħat.
Il-Bord ta’ Gvernanza Lokali jfakkar li:
Artikolu 52(1) tal-Att tal-Kunsilli Lokali jipprovdi li “Is-Segretarju Eżekuttiv ikun il-kap eżekuttiv, amministrattiv u finanzjarju”;
Artikolu 52(2)(b) jgħid li s-Segretarju Eżekuttiv “jikkompila u jiffirma l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill u tal-Kumitat”;u
Artikolu 14A(9) tas-Sitt Skeda tal-Kap 363 jobbliga li “Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jara li l-Minuti approvati jiġu mdaħħla sew fil-file u jkun responsabbli għall-kustodja tagħhom. Is-Segretarju Eżekuttiv għandu wkoll jara li l-minuti approvati jitpoġġew fuq il-website uffiċjali tal-Kunsill”.
Minn rapport ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2014 lill-Bord ta’ Gvernanza Lokali mill-Monitoring Unit jirriżulta li l-Kunsilli Lokali tal-Birgu, Ħad-Dingli, ix-Xewkija, iz-Żurrieq, l-Imtarfa; il-Kumitat Regjonali Xlokk u l-Kumitati Amministrattivi ta’ Fleur-de-Lys, Santa Luċija (Għawdex), Gwardamanġ a, Paceville, Madliena u Xlendi ilhom minn Novembru ma jpoġġu l-minuti tagħhom fuq il-website tagħhom.
Il-Bord ta’ Gvernanza Lokali ta l-aħħar ċans li dawn jirregolarizzaw is-sitwazzjoni u dan mhux aktar tard minn ħamest ijiem minn meta jirċievu l-ittra bi twissija formali li qiegħda tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv responsabbli.
Barra minn hekk, kienu ordnati jinformaw lill-Bord ta’ Gvernanza bir-raġunijiet għaliex sar dan in-nuqqas.
Is-Segretarji Eżekuttivi kienu avvżati li jekk ma jimxux ma’ din id-direttiva se jkunu ordnati passi dixxiplinarji kontrihom mid-Direttur tal-Gvern Lokali.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en