IŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIĊ-ĊENTRU TAL-POLITIKA GĦAWDXIJA
Il-wegħda elettorali li jitwaqqaf il-Kunsill Reġjonali għaż-żgħażagħ Għawdxin qegħda fi stadju avvanzat hekk kif l-istatut tkesta. Għall-ewwel darba ser ikun qiegħed jingħata qafas legali liż-żgħażagħ Għawdxin.
Meta jitkellmu ż-żgħażagħ, dan il-gvern jisma’ u jaġixxi. Saħħqu dan, il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Dr. Stefan Buontempo waqt li inawguraw it-tisbiħ fil-Youth Spot fil-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex. Dan il-Youth Spotissebbaħ permezz ta’ finanzjament mill-Aġenzija Żgħazagħ, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u mill-Kunsill Lokali Żebbuġ taħt il-proġett Kunsilli Lokali Żghażagħ 2013. Dawn l-istakeholders stqarrew kif grazzi għal proġetti bħal dawn l-għan li jisaħħaħ l-interess fiż-żgħażagħ Ghawdxin biex jitrawmu bħala ċittadini u jieħdu sehem b’mod attiv fil-politika lokali jista jintlaħaq.
“Qegħdin iniedu skemi u inizjattivi ħalli ż-żgħażagħ tagħna jkomplu jiltaqgħu flimkien, jiddiskutu u jinvolvu ruħhom biex itejbu l-kwalità tal-ħajja fil-kommunità”. Qal dan is-Segretarju Parlamentari Buontempo filwaqt li saħaq fuq l-impenn tal-gvern biex verament ikun spalla ma spalla maż-żgħażagħ billi jattwa l-ideat tagħhom għal ġid tal-komunità. Iż-żagħżugħ għandu l-enerġija, l-entużjażmu u l-ideat pero ħafna drabi ma jkollux l-għodda neċessarja biex il-viżjoni tiegħu ssir realta. B’hekk Dr. Buontempo semma kif grazzi għad-diversi skemi u proġetti li tnedew li huma mmirati għaż-żgħażagħ bħal-Erasmus Plus, in-nofs miljun Ewro għall-klabbs tal-futbol Għawdxin, l-inawgurazzjonijiet ta’ diversi grawds u t-tisbiħ f’Youth Spots f’Għawdex, il-gvern qiegħed verament joffri l-għodda neċessarja liż-żgħażagħ Għawdxin biex ikunu jistgħu jibqgħu jkabbru l-valuri tagħhom u jkollhom parteċipazzjoni aktar attiva fit-tmexxija tar-raħal tagħhom.
Il-Ministru Dr. Anton Refalo saħaq kif iż-żgħażagħ huma prijorità ewlenija fuq l-aġenda tal-Ministeru għal Għawdex. Għal dan il-gvern iż-żgħażagħ Għawdxin huma l-pulmun tas-soċjetà Għawdxija tant li Dr. Anton Refalo ħabbar kif il-wegħda elettorali li jitwaqqaf il-Kunsill Reġjonali għaż-żgħażagħ Għawdxin qegħda fi stadju avvanzat hekk kif l-istatut huwa diġa lest. B’hekk għal ewwel darba ser jkun qiegħed jingħata qafas legali liż-żgħażagħ Għawdxin biex il-leħen tagħhom jissaħħaħ u jissemma’ aktar. Permezz tat-twaqqif tal-Gozo Sports Board kif ukoll tal-Kunsill Reġjonali għaż-zgħażagħ li ser jitwaqqf fiż-żmien li ġej, l-Ministru Refalo semma kif il-Ministeru għal Għawdex flimkien ma’ dawn l-istakeholders ser ikun jista’ jfassal aħjar l-politika tal-gżira Għawdxija f’dawn l-oqsma.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en