STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦAL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
pr140380
01/03/2014
Il-Bord investigattiv maħtur mill-Ministeru huwa indipendenti, magħmul minn persuni ċivili, li huma ta’ kompetenza biex jaqdu l-funzjonijiet li għalihom ġew maħtura. Dan il-Bord inħatar skont il-Liġi.
Il-Kelliem tal-Opożizzjoni għal darb oħra jinsab żbaljat għax l-inkjesta mhijiex fuq il-Ministeru iżda fuq azzjonijiet li ħadu l-Korpi Dixxiplinati.
Il-Ministeru jagħmila ċara li ma jridx jagħmel xi ġuri, iżda jrid li ssir inkjesta serja li tistabilixxi l-fatti u tagħti suġġerimenti, jekk hemm il-lok, fejn jista’ jkun hemm tibdil fil-metodi addotati f’ċirkostanzi simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en