Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU LEO BRINCAT GĦAL-LAQGĦAT FI BRUSSEL U F'DUBAI

pr140376
Date Icon 01/03/2014

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat se jmur Brussel sabiex jieħu sehem fil-Kunsill tal-Ministri Ewropej tal-Ambjent sabiex jiddiskutu il-qafas tal-politika tat-tibdil tal-klima u tal-enerġija għas-snin 2020-2030; il-GMOs (genetically modified organisms), l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għal Programm tal-Arja aktar Nadifa għall-Ewropa (Clean Air Programme for Europe) u aġġornament fuq is-Shale Gas.

Matul din iż-żjara ser jattendi ukoll  Konferenza dwar l-ambjent marittimu bħala mistieden tal-Presidenza Griega tal-Unjoni Ewropea.

Wara huwa ser jmur Dubai fejn Il-Ministru Brincat ser ikun wieħed mill-mistednin u parteċipanti tal-konferenza tal-UNEP (United Nations Enivironment Programme) dwar l-Ekonomija l-Ħadra (The Green Economy) li qed tiġi organizzata  fuq stedina tal-Ministru tal-Ambjent tal-Emirati Għarab Magħquda li miegħu kellu taħdidiet bilaterali dan l-aħħar ġewwa Abu Dhabi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow