SEJĦA GĦAL DISINN ARTISTIKU BIEX JITFAKKAR L-ANNIVERSARJU TAR-REPUBBLIKA
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta, ħareġ sejħa għal proposti ta’ disinn ta’ stqarrija artistika kontemporanja tar-Repubblika ta’ Malta.
Din is-sena, Malta se tkun qed tfakkar l-40 sena mindu l-pajjiż sar Repubblika u din l-istqarrija artistika kontemporanja se tkun qed tirrapreżenta dan l-avveniment storiku.
Heritage Malta se tkun qed tamministra dan il-proġett u s-sottomissjonijiet se jkunu miftuħa sal-25 t’April 2014. Is-sejħa ma tispeċifikax il-post fejn se jkun imqiegħed il-proġett u l-parametri artistiċi tħallew wiesgħa intenzjonalment biex iżjed forom kreattivi jkunu kkunsidrati. Il-proġett magħżul għandu wkoll jqis fil-kuntest artistiku lokali u kulturali.
Malta saret Repubblika Kostituzzjonali fl-1974, b’Sir Anthony Mamo, l-eks Gvernatur Ġenerali, jsir l-ewwel President tar-Repubblika. Il-viżwal l-iktar fil-memorja kolletiva tal-Maltin hija l-arma ta’ Malta Repubblika, introdotta fl-1974, u baqgħet is-simbolu tar-Repubblika sal-lum il-ġurnata.
Dan il-proġett artistiku tar-Repubblika Maltija huwa mistenni li jiġi varat f’Diċembru 2014 meta Malta tiċċelebra l-40 anniversarju tar-Repubblika.
Id-dettalji ta’ din is-sejħa jinsabu fuq is-sit: www.heritagemalta.org/monuments
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en