TAĦDITIET BEJN IL-PRIM MINISTRU JOSEPH MUSCAT U L-PRIM MINISTRU TAR-REPUBBLIKA TALJANA MATTEO RENZI
L-immigrazzjoni u l-Mediterran prijorità għal Malta u l-Italja
L-immigrazzjoni u l-politika tal-Mediterran se jkunu prijorità għall-Italja bil-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi jgħid lill-Prim Ministru Malti Joseph Muscat li l-Mediterran se jitqies bħala l-qalba tal-Ewropa waqt il-Presidenza Taljana tal-Unjoni Ewropea.
Dan ġie diskuss waqt l-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ kapijiet tal-Gvern, ftit jiem biss wara l-ħatra l-Prim Ministru Renzi.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Italja, flimkien ma’ Malta u l-Greċja għandhom jibqgħu magħqudin fil-pressjoni li ssir fuq livell Ewropew dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni llegali.
Dr Muscat qal li din is-sena permezz tal-Presidenza tal-Greċja u l-Italja, il-kwistjonijiet tal-Mediterran u l-problemi relatati mal-immigrazzjoni illegali jistgħu ikunu fuq nett tal-aġenda Ewropea.
Ġew diskussi wkoll it-temi tal-politika tal-enerġija u relazzjonijiet internazzjonali.
Joseph Muscat u Matteo Renzi tkellmu wkoll dwar il-kontinwazzjoni tar-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi u biex dawn ikomplu jissaħħu fix-xhur li ġejjin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en