Left arrow Go Back

IL-QGĦAD F’MALTA FOST L-INQAS FL-EWROPA

pr140370
Date Icon 28/02/2014

Ċifri ppublikati llum mill-aġenzija Ewropeja Eurostat tikkonferma li Malta għandha fost l-inqas rati ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha. Din l-istatistika tingħaqad mat-tbassir ekonomiku għax-xitwa li għamlet il-Kummissjoni Ewropea fejn qalet li Malta għandha l-aqwa rata ta’ tkabbir ta’ impjiegi u li s-suċċess fil-qasam tal-impjiegi mistenni jkompli jiżdied b’aktar nisa fid-dinja tax-xogħol u bil-qgħad jibqa’ nieżel.

L-istatistika tal-Eurostat tindika li l-medja tar-rata tal-qgħad ta' pajjiżna minn Marzu 2013 'l hawn kienet ta' 6.57%. Fil-ħames snin li għaddew, taħt l-amministrazzjoni preċedenti l-medja kienet ta' 6.59%. Għalhekk, meta l-Oppożizzjoni tipprova tkun allarmista dwar il-qgħad bħalissa, tkun qed tinsa li fil-leġislatura li għaddiet, mill-Gvern, għamlet ħames snin tiftaħar fuq in-nuqqas ta’ qgħad, b’rati simili jekk mhux agħar minn dawk preżenti.

Meta ġiet eletta l-amministrazzjoni preċedenti, f'Marzu tal-2008, kien hemm 6,168 persuna fuq ir-reġistru tal-qgħad. Ħames snin wara, kien hemm 7,350. Żieda ta' 1,182 persuna. Dan ifisser li kull tlett ijiem li damet fit-tmexxija dik l-amministrazzjoni n-numru ta' nies fuq ir-reġistru tal-qgħad żdied b'żewġ persuni.

Dan il-Gvern jibqa’ kommess li jinċentiva iżjed ħolqien tax-xogħol u jindirizza sfidi bħal xogħol mhux meħud mill-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll l-skills gap fis-suq tax-xogħol. Fil-ġimgħat li ġejjin se tkompli l-ħidma biex il-pajjiż ikompli jibni fuq ir-rekord ta’ xogħol fl-2013 fejn il-figuri tal-Labour Force Survey juru żieda fin-numru ta' impjiegi ta' 3%, jew 5,300 impjieg aktar minn sena qabel, bil-maġġoranza tagħhom impjiegi full-time.

Din ir-rata ta' tkabbir, li hija d-doppju ta' dik reġistrata fl-istess perjodu tas-sena ta' qabel, mistennija tkompli titjieb bis-36 investiment barrani ġdid u 50 investiment lokali ġdid li ġew approvati mill-Malta Enterprise u l-31 espansjoni ta’ investimenti eżistenti li flimkien se joħolqu 2,600 impjiegi ġodda fit-tliet snin li ġejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow