KOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA BEJN MALTA U L-OLANDA
Jitwaqqaf grupp tekniku bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tal-Olanda dwar l-immaniġġjar aħjar tal-Kawzi fil-Qrati.
Il-Gvern Malti u l-Gvern Olandiż illum laħqu ftehim dwar it-twaqqif ta’ grupp tekniku ta’ esperti bil-għan li l-oqsma tal-ġustizzja taż-żewġ pajjiżi jikkoperaw fuq l-iskambju ta’ miżuri effettivi għall-immaniġġjar aħjar tal-kawżi tal-Qrati.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Owen Bonnici u l-Ministru għas-Sigurtà u l-Ġustizzja tal-Olanda Fred Teeven f’konferenza stampa dalgħodu saħqu li dan hu pass ieħor li jsaħħaħ il-koperazzjoni bilaterali li teżisti bejn Malta u l-Olanda.
Owen Bonnici spjega li l-Olanda implimentat b’suċċess sistema dettaljata u professjonali ta’ immaniġġjar ta’ kawżi bbażata fuq ‘benchmarking’, it-tfassil ta’ kategoriji diversi ta’ każijiet, b’kull kategorija jkollha ‘weighting’ differenti.
L-Olanda hi meqjusa bħala storja ta’ suċċess f’dan is-settur pajjiżna mistenni jibbenefika mit-taħriġ u skambju ta’ esperjenza.
Is-Segretarju Parlamentari qal li d-Direttorat tal-Qrati ta’ Malta u l-Kamra tal-Avukati qablu li jinnominaw rappreżentanti tagħhom fuq il-grupp tekniku ta’ esperti. Din l-idea ġiet milqugħa pożittivament ukoll mill-ġudikatura.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en