Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U L-GVERN LOKALI JILTAQA’ MA’ FEDERICA FALZON

pr140364
Date Icon 28/02/2014

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U L-GVERN LOKALI JILTAQA’ MA’ FEDERICA FALZON

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali, José Herrera ltaqa’ mal-istilla ċkejkna Federica Falzon waqt żjara ta’ korteżija li Federica għamlet flimkien mal-ġenituri u l-promoter tagħha.

“Filwaqt li nieħu gost nara artisti żgħar bħal Federica tagħmel unur lil pajjiżna tajjeb li wieħed iżomm f’moħħu x-xogħol li għad fadal xi jsir f’dan ir-rispett. Federica hija ambaxxatriċi ta’ pajjiżna u qiegħda tagħmlilna unur. Dan il-programm jarawh ’il fuq minn ħames miljun ruħ u s-suċċess li qiegħda tagħmel din iż-żagħżugħa u oħrajn bħalha qegħdin ipoġġu lil Malta fuq il-mappa kulturali barra minn xtutna.”

Federica Falzon rebħet żewġ edizzjonijiet tal-programm famuż Ti Lascio una Canzone u sabet postha fil-fażijiet finali ta’ dan il-programm kompetittiv. Dan il-programm ta’ varjetà jiġi ippreżentat minn Antonella Clerici fuq wieħed mill-istazzjonijiet nazzjonali fl-Italja. Waqt dan il-programm tfal u żgħażagħ bejn it-tmienja u s-sittax-il sena jinterpretaw kanzunetti Taljani u internazzjonali.  Fl-aħħar ta’ kull puntata il-pubbliku jivvota permezz ta’ televoting lill-aħjar kanzunetta filwaqt li l-ġurija jippremja lill-kantant/a ta’ l-aħjar interpretazzjoni. Ti Lascio una Canzone ilu jiġi mtella’ fuq ir-RAI UNO sa mill-2008.

Waqt din il-laqgħa, Gillian Attard, id-direttriċi tal-vuċi ta’ Federica u l-fundattriċi ta’ La Voix Academy  saħqet fuq l-importanza li tingħata aktar attenzjoni lill-artisti żgħar sabiex it-talent li hawn f’pajjiżna jitkattar u jkollna artisti professjonali fl-isferi rispettivi tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow