Left arrow Mur Lura

“NGĦOLLU L-LIVELL T’INIZJATTIVI RELATATI MAL-KARNIVAL”

pr140363
Date Icon 28/02/2014

“Qegħdin naħdmu qatigħ sabiex l-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-Karnival ma’ jieqfux biss ma’ dawk organizzati fuq livell nazzjonali biss imma nsaħħu lill-Kunsilli Lokali sabiex ikunu huma li jixprunaw dawn l-inizjattivi fuq livell lokali.”

Dan qalu José Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali waqt żewġ konferenzi separati fejn kien qed jindirizza diversi inizjattivi relatati mal-Karnival.

F’konferenza stampa imtella’ mill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, José Herrera spjega kif hawn ‘

’il fuq minn tnax il-Kunsill Lokali li qed itellgħu attivitajiet relatati mal-karnival. “Jekk wieħed jara id-diversita’ fl-attivitajiet li qegħdin jittellgħu, nemmnu li l-Kunsilli Lokali għandhom rwol speċifiku. Irridu mmorru lil hinn mill-attivitajiet li normalment jiġu organizzati fil-pjazez tal-bliet u l-irħula tagħna. Irridu nibdew nirriċerkaw aktar it-tradizjoni, użanzi u elementi kulturali li forsi maż-żmien bdew jintilfu u nerġgħu intuhom il-ħajja. Permezz t’hekk nistgħu nibdew ngħarfu l-oriġini kulturali tagħna, ngħarfu d-differenzi u naħdmu fuq l-identita’ partikolari sabiex nikrejaw programmi oriġinali u noħorġu l-element indiġenu.”

Huwa faħħar l-inizjattiva li ħadet l-AKL flimkien mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali fejn l-attivitajiet ta’ tlett Kunsilli partikolari (in-Nadur, Ħal Għaxaq u Ħal Luqa) ser ikunu trasmessi live fuq stazzjon privat lokali. L-attivitajiet tad-disa’ kunsilli l-oħra ser ikunu qed jiġu iffilmjati u trasmessi kontinwament fuq dan l-istazzjon matul il-ħamest ijiem tal-Karnival. Dr Marc Sant, president tal-AKL tkellem fuq is-sehem li jistgħu jagħtu aktar il-Kunsilli Lokali permezz tal-involviment tagħħom u appella sabiex din l-inizjattiva tittieħed ukoll mill-kunsillli l-oħra wkoll.

Fi żjara separata li saret fl-iskola ta’ Sant’ Iermu ġewwa l-Belt Valletta ġie preżentat proġett bejn il-Kunsill Lokali tal-Belt u l-iskola. F’Novembru 2013 ġew maħtura Ambaxxaturi għaż-żgħażagħ f’kull kunsill lokali. Għalkemm dawn l-ambaxxaturi m’għandhomx dritt ta’ vot ġewwa l-Kunsill huma qegħdin jattendu għall-laqgħat tal-Kunsill u jagħtu is-suġġerimenti tagħhom biex jiġu ikkunsidrata. Permezz tal-ambaxxatur tal-Kunsill tal-Belt ġiet avviċinata din l-iskola u permezz ta’ konsultazzjoni mas-surmast ta’ din l-iskola it-tfal tellgħu wirja estensiva ta’ abozzi ta’ karrijiet tal-karnival.

“Xi ftit xhur ilu introduċejna il-kunċett tal-ambaxxatur lokali taż-żghażagħ fil-lokalitajiet rispettivi”, qal l-Onor Herrera f’intervent li għamel waqt li kien qed iżur din il-wirja. “Illum, f’anqas minn tlett xhur wara l-introduzzjoni ta’ din il-propososta, qegħdin naħsdu l-frott tal-ħidma li qed titwettaq miż-żgħażagħ fid-diversi lokalitajiet. L-attivita tall-llum tixhed l-impenn li jekk jinatgħu l-fiduċja ż-żgħażagħ jistgħu ikunu ta’ benefikat għall-komunitajiet lokali tagħna.” Preżenti ukoll għall din l-attivita’ kien hemm is-Sindku tal-Belt Valletta, Dr Alexiei  Dingli u d-direttur artistiku tal-Karnival , Jason Busuttil.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow