Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUGA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr140355
Date Icon 27/02/2014

IL-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia jiltaqa’ mal-Ministru tal-Immigrazzjoni Olandiż Fredrik Teeven qabel il-Kunsill tal-Ministri ta’ nhar it-Tnejn

Delegazzjoni mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ltaqgħet ma’ delegazzjoni ferm rappreżentattiva mmexxija mill-Ministru Olandiż għall-Immigrazzjoni Fredrik Teeven. Illum saret laqgħa teknika bejn iż-żewg delegazzjonjiet fil-Ministeru, il-Belt Valletta.

Il-Ministru Manuel Mallia spjega li l-problema li pajjiżna ffaċċja minħabba  l-immigrazzjoni irregolari u kompla jsaħħaħ l-argumenti prinċipali ta’ Malta mressqa u irrapurtati fir-rapport tat-task force li kien appunta l-Kunsill tal-Ministri għall-Intern.

Il-Ministru Mallia saħaq kif l-aħjar triq biex wieħed jikkontrolla l-influss tal-immigranti irregolari hi l-għajnuna li l-Unjoni Ewropea tista’ tagħti lill-Gvern Libjan għall-kontroll tal-kosta tiegħu fejn allura din is-sorveljanza marittima tista’ treġġa’ lura dawn id-dgħajjes bl-immigranti fil-port l-aktar viċin u sigur li jkun il-Libja. Ġie enfasizzat ukoll il-punt illi l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi ċentru taħt l-awspiċi tagħha fil-Libja jew pajjiż viċin fejn l-immigranti irregolari jistgħu japplikaw hemmhekk għall-ażil, b’hekk ikunu jafu d-destin tagħhom mingħajr ma jipperikolaw ħajjithom billi jaqsmu fuq il-baħar u ma jkollhomx għalfejn iħallsu lill-organizazzjonijiet kriminali biex iħarrbuhom fuq id-dgħajjes.

Il-Ministru Mallia spjega wkoll illi l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi dokumenti tas-safar lill-immigranti illegali li ma jingħatawx protezzjoni u tassigura mal-pajjiżi t’riġini li dawn jiġu aċċetati lura b’dak id-dokument.

Il-Ministru Olandiż Fredrik Teeven qal illi pajjiżu jkun dispost illi flimkien ma’ Malta u pajjiżi oħra, jilħaq dawn l-għanijiet. Il-Ministru Olandiż spjega kif għall-Kunsill tal-Ministri ta’ nhar it-Tnejn li ġej, l-Olanda ser tressaq ċertu proposti fis-sens ta’ uħud mis-suġġeti  msemmija mill-Ministru Mallia, filwaqt li rringrazzja lil Malta li diġa kkonfermat mal-ittra li ntbagħtet mill-Olanda f’dan ir-rigward. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll l-Ambaxxatriċi għall-Olanda Rita Dulci Rahman.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow