L-AKBAR ŻIEDA FIT-TURIŻMU F’JANNAR SA MILL-2011 ’L HAWN
Il-Ministeru għat-Turiżmu jilqa’ b’sodisfazzjon l-istatistika ppubblikata aktar kmieni llum milll-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar l-andament turistiku f’Jannar 2014 fejn pajjiżna rreġistra żieda ta’ 7.1% meta mqabbel ma’ Jannar 2013.
Din hija l-akbar żieda li pajjiżna qatt esperjenza fit-turiżmu fix-xahar ta’ Jannar sa mill-2011.
Iċ-ċifri juru kif fl-istess xahar kienet reġistrata wkoll żieda sostanzjali ta’ 10.6% fl-ammont ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’Malta kif ukoll żieda sostanzjali oħra ta’ 9.4% fl-ispiża tat-turisti u li laħqet €56.2 miljun.
Dawn ix-xejriet pożittivi għal Jannar isegwu żidiet oħra fl-ammont ta’ turisti li pajjiżna esperjenza kull xahar minn Settembru lil hawn, liema żidiet komplew anke fix-xhur tax-xitwa.
Dawn ir-riżultati juru kif pajjiżna qed jirreġistra titjib f’dak li huwa turiżmu fix-xitwa, bil-Gvern jibqa’ kommess li jagħmel l-isforzi kollha neċessarji sabiex Malta ssir destinazzjoni turistika s-sena kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en