LEĦEN L-ISTUDENT...GĦAX MADWARI JIMPURTANI!
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat bil-kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar inizzjattiva ġdida li se ssir fl-iskejjel Sekondarji kollha madwar Malta u Għawdex bl-isem ta’ Leħen l-istudent għax madwari jimpurtani...
L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett hu li l-istudenti li jattendu l-iskejjel Sekondarji kollha f’pajjiżna joħorġu bi proposti ta’ kif lokalità partikolari magħżula minnhom stess tista’ tadotta prinċipji sostenibbli, favur l-ambjent u l-ekonomija l-ħadra.
Il-Ministru Leo Brincat saħaq li l-istudenti f’pajjiżna għandhom kontribut kbir x’jistgħu jagħtu permezz ta’ ideat friski u ġodda. Il-Ministru Brincat saħaq li dan il-proġett bi qbil mal-Ministru tal-Edukazzjoni ser ikun qed jinvolvi lill-istudenti li jattendu l-iskejjel sekondarji biex jaħdmu b’mod volontarju fuq dan il-proġett flimkien mal-għalliema u l-istudenti sabiex joħorġu huma b’ideat innovattivi u prattiċi favur l-Ambjent ta’ madwarhom.
B’hekk l-istudenti, saħaq Il-Ministru Brincat se jkollhom opportunità li jipparteċipaw fi proċess demokratiku filwaqt li se jkunu qiegħdin jagħtu kontribut lis-soċjetà u jkabbru l-għarfien tagħhom.
Kull skola se jkollha persuna responsabbli li ħa tmexxi ‘l istudenti jfasslu l-proposti. La darba dawn jitlestew, se jitressqu quddiem bord speċifiku appuntat mill-MSDEC. Il-Ministru Brincat kompla li dan il-bord speċifiku flimkien ma’ esperti tekniċi se jkun qed janalizza, jevalwa u jagħżel il-proposti kollha mressqa quddiemu. Il-Proposti magħżula mistennija jiġu esebiti f’wirja miftuħa għall-pubbliku ġenerali.
B’hekk ser ikun qiegħed jitkattar aktar tagħlim u għarfien favur prinċipji ta’ sostenibilita’, favur l-ambjent u l-ekonomija l-ħadra saħaq il-Ministru Leo Brincat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en