Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR. GEORGE W. VELLA JILQA’ F’MALTA LID-DEPUTAT MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN LIBJAN ABDUL-RAZZAQ AL-GREIDI

pr140347
Date Icon 27/02/2014

Il-Ministru għall-affarijiet barranin Dr George W.Vella laqa’ lid-deputat Ministru għall-affarijiet barranin tal-Libja, Dr. Abdul-Razzaq al-Greidi  li wasal Malta wara li saritlu stedina mill-Ministru Vella biex jigi ħalli jingħata l-fakulta’ li jara l-istruttura u kif jaħdem il-Ministeru għall-affarijiet barranin Malti.

Din l-istedina kienet saret ftit tax-xhur ilu fejn l-istess deputat Ministru al-Greidi kien indika li qeghdin iseħħu riformi fil-Ministeru għall-affarijiet barranin Libjan u li kien interessat ikun jaf kif jaħdmu Ministeri tal-affarijiet barranin Ewropej.  Il-Ministru Vella għamel din l-istedina fl-isfond tal-isforzi li qegħdin isiru minn pajjiżi Ewropej ħbieb tal-Libja biex jgħinu lill-Gvern Libjan iwaqqaf u jsaħħaħ strutturi istituzzjonali li jgħinu biex il-pajjiż jaħdem fuq linji demokratiċi.  Malta diġa’ qed tgħin lill-Libja f’dan l-eżerċizzju fosthom b’korsijiet ta’ taħriġ lill-uffiċjali Libjani mill-Forzi Armati ta’ Malta u għajnuna oħra.  F’din iż-żjara ta’ familjarizazzjoni il-Ministru Al-Greidi se jkollu tlett ijiem ta’ laqgħat intensivi mal-ogħla uffiċjali tal-Ministeru li se jagħtuh stampa ta’ kif jaħdmu d-direttorati tagħhom.  Din iż-żjara hija wkoll konformi mal-għanijiet tal-konferenza dwar il-Libja li se ssir f’Ruma fis-6 ta’ Marzu fejn ħafna pajjiżi se jitkellmu dwar il-kontribut tagħhom fit-tisħiħ ta’ strutturi ta’ sigurta’, taħriġ, politika interna, protokoll u amministrazzjoni poltika inġenerali.

Dan bil-għan li l-Libja tissaħħaħ fit-tmexxija nterna tagħha u takkwista s-sigurta’ u l-istabbilta’ li wieħed jixtieq li tilħaq. 

Matul iż-żjara tiegħu f’Malta d-deputat Ministru Al-Greidi se jkollu wkoll laqgħat mad-direttur tal-akkademja Mediterranja għal studji diplomatiċi, Prof.Stephen Calleja u mad-direttur tal-istitut internazzjoanli fuq il-liġi marittima Prof.David Attard.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow