Left arrow Mur Lura

RWOL PRO-ATTIV FL-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA FIL-MEDITERRAN

pr140342
Date Icon 26/02/2014

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, saħaq li l-Gvern Malti jappoġġja rwol aktar pro-attiv tal-Unjoni għall-Mediterran fl-oqsma tal-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima. Qal dan matul laqgħa li kellu mal-Professur Stefan Schennach, Chairperson tal-Kumitat Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, għall-Ambjent, Enerġija u Ilma. Proċess li hu mistenni li  jirranka aktar taħt il-Presidenza attwali Griega tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Brincat saħaq li l-pakkett propost mill-Unjoni Ewropea dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija qed jiġi mifli fuq livell Inter Ministerjali flimkien ma’ nies tekniċi min-naħa tal-Gvern Malti.

Il-Ministru Leo Brincat, li sas-sena l-oħra kien ir-rappreżentant Malti fuq dan il-Kumitat Parlamentari, qal ukoll li fil-jiem li ġejjin ser jinbeda x-xogħol ta' tħejjija dwar leġislazzjoni fuq it-Tibdil fil-Klima kif imħabbar fil-Budget għas-sena 2014.

Il-Ministru Leo Brincat tenna li filwaqt li Malta hija kommessa li ssaħħaħ l-impenn tagħha f'dawn l-oqsma kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell multi laterali u internazzjonali, tinsab impenjata wkoll li tagħmel dan anki fuq livell reġjonali fi ħdan istituzzjonijiet bħal Unjoni għall-Mediterran. Istituzzjoni li ġġib flimkien għadd ta' pajjiżi Mediterranji kemm min-nofsinhar tal-Ewropa kif ukoll mill-Afrika ta' Fuq.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow