SITTA U ERBGĦIN STUDENT MILL-KULLEĠĠ TAL-MCAST JIGGRADWAW FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI
L-MCAST fil-proċess biex iwaqqaf struttura permanenti mal-industrija
Dalgħodu 46 student mill-Kulleġġ tal-MCAST iggradwaw fis-settur tal-Avjazzjoni wara li segwew korsijiet ta’ sentejn f’kategoriji differenti. B’hekk issa dawn l-istudenti kisbu l-ħiliet neċessarji biex ikunu jistgħu jaħdmu fl-industrija tal-manutenzjoni fl-avjazzjoni.
Fl-indirizz tiegħu lill-istudenti, il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella fisser kif l-istadju li waslu fih illum huwa biss il-bidu hekk kif is-suċċess fil-karriera imur lill hinn mit-tagħlim u jinkludu sew it-taħriġ kif ukoll l-esperjenza.
Spjega kif is-settur tal-avjazzjoni huwa wieħed sensittiv u li qed jiżviluppa kontinwament u appellalhom biex ikunu dejjem kawti f’ħidmiethom fl-istess ħin li dejjem jaraw kif jistgħu itejbu l-ħiliet li għandhom.
Il-Ministru Vella spjega kif il-Gvern irrikonoxxa s-settur tal-avjazzjoni bħala wieħed li għandu potenzjal kbir ta’ tkabbir u saħaq li l-Gvern jinsab impenjat biex dan is-settur jikber.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo saħaq fuq il-bżonn li pajjiżna jiżviluppa l-ħiliet li għandha bżonn l-industrija. F’dan ir-rigward semma’ kif il-Ministeru se jkun qed jimbarka fuq programm imsejjaħ skills gap analysis li jevalwa f’liema setturi hemm nuqqas ta’ ħiliet partikolari filwaqt li jħejji pjan għall-ħames snin li ġejjjin.
Il-Ministru Bartolo ħabbar kif flimkien bl-għajnuna tal-aġenzija tal-Unjoni Ewropea CEDEFOP, se jkunu qed jiġu żviluppati skemi ta’ apprentistat mal-MCAST li jassiguraw li l-istudenti tagħna jitħarġu għal dak li qed titlob l-industrija.
L-istudenti kienu indirizzati wkoll mill-Prinċipal tal-Kulleġġ Stepehen Cachia u mill-President tal-Bord tal-Gvernaturi Dr Silvio Debono li ħabbar kif l-MCAST jinsab fil-proċess li jwaqqaf struttura permanenti mal-industrija fi sforz biex ikompli jiżdied il-kuntatt mal-industrija.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en