Left arrow Go Back

IL-GVERN KOMMESS LI JGĦIN BIEX JOGĦLEW L-ISTANDARDS TA’ AĊĊESSIBILITÀ FIT-TURIŻMU

pr140334
Date Icon 25/02/2014

Il-Lukanda Westin Dragonara rebbieħa fi proġett imsejjaħ ‘European Excellence Award’ għall-impenn tagħha biex toffri aċċessibilità sħiħa

Tliet lukandi ewlenin f’pajjiżna rċevew rikonoxximent għall-isforzi tagħhom biex joffru aċċessibilità sħiħa għal kulħadd wara li pparteċipaw fi proġett imsejjaħ European Excellence Award ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Il-Lukanda Westin Dragonara kienet iddikjarata bħala l-lukanda rebbieħa għall-impenn sħiħ tagħha f’dan il-qasam filwaqt li l-lukandi Seabank Resort and Spa u Paradise Bay Resort Hotel kienu klassifikati bħala runners up rispettivament.

Fi tmiem ċerimonja li saret fil-lukanda Westin Dragonara, il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella sostna li l-Gvern huwa kommess li jgħin biex jogħlew l-istandards ta’ aċċessibilità fit-turiżmu, mhux biss f’dak li huwa infrastruttura imma wkoll fejn jidħlu servizzi. F’dan ir-rigward huwa stieden lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità biex iżżur l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u torganizza numru ta’ taħdidiet mal-istudenti nfushom dwar kif jistgħu jħarsu aħjar lejn il-kunċett tad-diżabilità bħala parti mit-tagħlim fl-istudji turistiċi tagħhom.

Il-Ministru Vella saħaq li llum m’għadniex nitkellmu fuq li noħolqu kuxjenza dwar l-aċċessibilità fil-lukandi iżda mxejna għal fażi ta’ implimentazzjoni grazzi anke għal inizjattivi li tieħu l-Unjoni Ewropea u li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wkoll qed tibbenefika minnhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Josef Formosa Gauci semma’ kif dan il-proġett huwa parti mill-isforzi tal-Awtorità biex tippromwovi l-aċċessibilità fost is-settur turistiku fl-istess ħin li tiftaħ il-faċilitajiet u s-servizzi li toffri għal kulħadd. Huwa spjega kif l-Awtorità tirrikonoxxi l-potenzjal u l-importanza li l-aċċessibilità fit-turiżmu għandha bħala niċċa oħra f’dan is-settur kif ukoll l-irwol importanti li għandha biex tqajjem kuxjenza fost l-industrija turistika għal opportunitajiet ġodda.

Preżentament l-Awtorità qed tipparteċipa fi proġetti oħra simili fosthom Accessible Culture for All, Calypso I & II, u l-proġett SEE - Seniors Experience Europe: packages just for you.

Preżenti kien hemm ukoll iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Dr Gavin Gulia u ċ-Chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità Joe Camilleri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow