Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr140331
Date Icon 25/02/2014

Għall-ħabta ta’ nofsinhar il-forzi tal-Ordni ġew imsejħa biex jintervjenu minħabba rewwixta  fiċ-ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal-Far, wara li din ir-rewwixta ma setgħetx tiġi kkontrollata mill-istaff taċ-ċentru tad-detenzjoni.

Wara li l-membri tal-Forzi tal-Ordni ġew attakkati b’ġebel, injam u oġġetti oħra mit-tieni sular taċ-Ċentru tad-Detenzjoni, u wara diversi twissijiet verbali, ġew sparati warning shots fl-arja għall-ħabta tas-sagħtejn. Dawn il-warning shots ma kinux direzzjonati lejn l-immigranti jew lejn xi twieqi ta’ kmamar li fihom kien hemm l-immigranti. Il-Ministeru jikkjarifika li l-warning shots saru permezz ta’ rubber pellets u mhux rubber bullets. Ir-rubber pellets, b’differenza mill-bullets, mhumiex intenzjonati biex iweġġgħu. Is-sitwazzjoni ġiet għan-normal immedjatament wara l-warning shots.

Hadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.  Immigrant wieħed ħassu ħażin u ttieħed l-isptar fejn qed jingħata l-kura meħtieġa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow