Left arrow Mur Lura

TITNIEDA IT-TAQSIMA TAL-ANZJANITÀ ATTIVA

pr140329
Date Icon 25/02/2014

Is- Segretarjat Parlamentari għad-drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva illum nieda it-taqsima tal-Anzjanità Attiva biex tippjana, tikkordina u timplementa ir-rekwiżti biex jintleħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Nazzjonali għal-Anzjanità Attiva Malta 2014-2020. It-taqsima tal-Anzjanità Attiva ser tkun qegħda titmexxa minn Cynthia Formosa li hija wkoll 'National Focal Point on Ageing' għal Malta għal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) .

Wara li l-amministrazzjoni preċedenti kellha biss kliem fieraħ fuq din il- kelma “Anzjanità Attiva,” din l-amministrazzjoni permezz tas-Segretarju Parlamentari Dr.Franco Mercieca nieda strateġija li tagħti direzzjoni ċara għall Anzjanità Attiva kif wkoll waqqaf din it-taqsima li ser tkun qegħda taħdem favur l-għan biex itejjeb il- kwalità tal- ħajja tal-anzjani.

L-Għan Ewlieni ta’ din it-taqsima hija li twessa il-politka soċjali għal-persuni kbar fl-età. Fuq naħa waħda tara li tgħin kull persuna anzjana tilħaq il-potenzjal tagħha, kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ impjieg u parteċipazzjoni fis-soċjeta, kif wkoll dak li għandu x’jaqsam ma’ bżonnijiet  soċjali u mediċi.

Din it-taqsima hija responsabbli mill-immaniġjar ta’ strateġiji għal-Anzjanità Attiva, f’organiżżazjonijiet ta’ xogħol li jaqa’ taħt il- Ministeru għal-Familja u Solidarijetà Soċjali, u is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva. L-oġettivi ta’ din it-taqsima għal-Anzjanità Attiva jinkludu:

·     It-trasformazzjoni tal-politika irrikomandata fl-Istrateġija Nazzjonali għal- Anzjanità Attiva: Malta 2014-2020 fi strateġiji realistiċi u fattibli li jtejbu il-livell t’Anzjanità Attiva ma’ anzjani oħrajn Maltin.

·     L-ippjanar u is-supervizjont ta’ strateġiji li jiżguraw opportunatijiet eċċelenti lir-residenti f’ San Vinċenz de Paule biex jiġu involuti fi stil ta’ ħajja iżjed attiva skond l-abbilta fiżika u konjittiva.

·     Il- kordinazzjoni u eżekuzzjoni ta’ strateġiji li jiżguraw li ir-residenti fil-djar residenzjali tal-gvern għandhom opportunitajiet eċċelenti biex jinvolvu ruhhom f’stil tal-ħajja iżjet attiv skond l-abbiltà fiżika u konjittiva.

·     L-ippjanar, kordinazzjoni, u implementazzjoni ta’ strateġiji li jiżguraw it-trasformazzjoni fiċ-Ċentri ta’ Matul il- Jum għall- Anzjani għall- Ċentri ta’ Anzjanità Attiva u Ħabbs ta’ għerf għall-tul il-ħajja.

·     Organizzazjoni u Superviżjoni għall-korsijiet ta’qabel l-irtirar għal-dawk il-persuni li waslu viċin għal-età tal-irtirar biex tiżgura li l-anzjani tal-futur jiġu ippremjati bl-għerfien neċessarju soċjali, psikoloġiku u relatat ma saħħa biex ikunu attivi skond l-età tagħhom.

·     L-ippjanar, kordinazzjoni u implementazzjoni ta’ sezzjonijiet ta’ dimensja fir-residenza San Vinċenz de Paule, djar residenzjali tal-gvern, ċentri ta’ matul il-jum għall-anzjani, għall-dawk li jbatu bid-dimensja u dawk li jieħdu ħsiebhom biex ċittadini anzjani, irrispettivament mil-kundizzjonijiet ta’ saħħa tagħhom jkunu jistgħu jieħdu sehem f’ħajja iżjed attiva.

Din it-taqsima ser tkun strumentali biex ir-rakkomandazzjonijiet li hemm fl-istrateġija jiġu mwettqa b’effiċjenza u b’mod iktar effettiv. B’hekk inkunu qed niżguraw li l-Anzjani f’Malta ikunu qegħdin igawdu minn kwalità ta’ ħajja għolja minn dik il-preżent.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow