Left arrow Go Back

IT AUDIT: FORZI ARMATI TA’ MALTA

pr140326mt
Date Icon 24/02/2014

L-Awditur Ġenerali wettaq xogħol ieħor ta’ verifika fuq it‑Teknoloġija tal‑Informatika (IT), din id-darba fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta. Dan ir-Rapport jagħti ħarsa lejn l-operat u l-investimenti li saru fil-Forzi Armati ta’ Malta fir-rigward l-IT u jassigura li dawn qegħdin jimxu mal-oġġettivi tal-istrateġija tal-Armata.


F’konformità ma’ xogħol ieħor ta’ verifika fuq l-IT, l‑għan prinċipali ta’ dan ir‑Rapport kien li jiġbor u janalizza evidenza biżżejjed biex jiddetermina jekk il-Forzi Armati ta’ Malta għandhiex il‑kontrolli kollha neċessarji li jiżguraw li l‑IT u s-Sistemi tal-Informatika tagħha qed iżommu l-integrità f’dik li hi data,  sabiex ikunu protetti l‑assi, jintlaħqu l-miri tal-entità b’mod effettiv, u jkunu ta’ għajnuna fl‑użu effettiv tar‑riżorsi relatati mal-IT li għandu l‑Gvern.


L-istrateġija tal-informatika tal-Armata tindirizza, fost affarijiet oħra, l-importanza li jkollha sistema awtonoma, li tipprovdi bandwidth suffiċjenti sabiex tkun tista’ taqdi l-ħtiġijiet tal-operat u l-amministrazzjoni fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta. F’dan ir-rigward, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), li inċidentalment din is-sena se jkun qed jiċċelebra il-mitejn anniversarju mit-twaqqif ta’ l-ewwel uffiċċju ta’ verifika pubblika f’Malta, jirrakkomanda li s-Sezzjoni tal-Communications Information Systems (CIS), fi ħdan il-kwartieri tal-Armata, għandhiex tassigura li dan il-pjan jiġi indirizzat u mwettaq.


L-NAO nnota wkoll li għalkemm il-Forzi Armati ta’ Malta tieħu ħsieb l-inventarju tal-IT b’mod effiċjenti u strutturat, xorta waħda tirrakkomanda li l-Forzi Armati ta’ Malta għandha tinvesti f’sistema tal-inventarju b’mod elettroniku. Inġenerali, l-NAO tfaħħar in-numru sostanzjali ta’ policies u proċeduri interni li kienu nħarġu mill-Forzi Armati ta’ Malta.


Barra minn hekk, għalkemm il-Forzi Armati ta’ Malta ħadet numru ta’ inizjattivi sabiex tnaqqas ir-riskji f’każ ta’ interruzzjoni jew falliment totali fis-sistemi tal-IT ġewwa l-Armata, l-NAO nnutat li l-Forzi Armati ta’ Malta, bħal entitajiet oħra varji li ġew verifikati, m’għandhiex pjanijiet formali f’dak li jirrigwarda l-kontinwità tal-operat f’dak li għandu x’jaqsam mal-IT. Għaldaqstant, l-NAO rrakkomanda li l-Forzi Armati ta’ Malta għandha tagħmel studju profond sabiex tindirizza l-impatt fuq l-operat tal-IT f’każ ta’ inċidenti bħal dawn u toħloq strateġija ta’ kif għandha tħejji ruħha biex tirkupra dawn is-sistemi tal-IT. Barra minn hekk, l-NAO rrakkomanda li l-Forzi Armati ta’ Malta għandha tagħmel valutazzjoni u tanalizza liema huma l-iktar sistemi u oġġetti kruċjali f’dak li jirrigwarda l-IT, sabiex tkun tista’ tidentifika l-possibilità ta’ xi theddid u tanalizza l-livelli ta’ vulnerabbiltà fuq dawn is-sistemi.


Dan ir‑Rapport ta’ verifika huwa aċċessibli mis‑sit tal‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Verifika (www.nao.gov.mt).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow