Left arrow Go Back

IL-PROĊESS GĦAL OPERATUR ĠDID TAT-TRASPORT PUBBLIKU GĦADU MIFTUĦ

pr140324mt
Date Icon 24/02/2014

B’referenza għal rapporti li dehru fil-midja aktar kmieni llum, li qalu li l-kumpanija Skoċċiża McGill’s irtirat l-interess tagħha li topera t-trasport pubbliku f’pajjiżna, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jixtieq jippreċiża li McGill’s hija biss waħda minn numru ta’ kumpaniji/persuni li ssottomettew interess biex jipparteċipaw fil-proċess ta’ Espressjoni ta’ Interess għall-operat tat-trasport pubbliku.

Il-proċess għadu u se jibqa’ miftuħ sas-7 ta’ April.

Wara li rreġistrat interess fil-proeċess, McGill’s, bħal ma għamlu kumpaniji oħrajn, bagħtet talba għal numru ta’ kjarifiċi u bħalissa, il-Gvern qiegħed fil-proċess li jwieġeb għal għadd ta’ talbiet li sarulu, mhux biss minn McGill’s iżda anke dawk li saru minn kumpaniji oħrajn. Dan qed isir skont dak stipulat fis-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess.

Madankollu, fi kwlunkwe stadju tal-proċess, kull kumpanija għandha d-dritt li tabbanduna l-interess tagħha.

Il-Gvern huwa kommess li jwieġeb kull mistoqsija li tkun relevanti għall-proċess sal-aħħar ta’ Marzu li ġej, kif huwa spjegat f’Sezzjoni 10 tal-Espressjoni ta’ Interess.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow