Left arrow Go Back

25 SENA TA’ SERVIZZ LILL-KOMUNITÀ MINN HOSPICE MALTA

pr140323
Date Icon 24/02/2014

“NGOs bħal Hospice Malta huma ċelebrazzjoni ta’ altruwiżmu.  Allaħares fid-dinja m’hawnx nies bħalkom”.  Dan qalitu l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Dott. Helena Dalli waqt it-tnedija ta’ programm ta’ attivitajiet fl-okkażjoni tal-25 sena mit-twaqqif ta’ Hospice Malta.

Dott. Dalli qalet li m’għandhiex kliem biżżejjed biex tirringrazzja lill-ħaddiema u l-volontiera ta’ din l-organizzazzjoni għax-xogħol kbir li wettqu u se jkomplu jwettqu fis-soċjetà Maltija.

Il-Ministru Dalli qalet li Hospice Malta qed taħdem f’qasam fejn tispikka l-fraġilità tal-ħajja.  Hija tkellmet dwar is-servizz ta’ kura paljattiva li Hospice Malta tagħti kemm lill-pazjenti tal-kanċer, kif ukoll lil dawk li għandhom mard respiratorju, tal-qalb u tal-kliewi. 

Dalli qalet li l-għajnuna li Hospice Malta tagħti lil dawn il-pazjenti u lill-qrabathom, b’mod partikolari lil dawk li jkunu waslu fl-aħħar ta’ ħajjithom, hija essenzjali biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom.

Il-Ministru Dalli qalet li l-NGOs huma utli biex, apparti s-servizz li jagħtu lill-klijenti diretti tagħhom, jagħtu wkoll għajnuna lill-Gvern fit-tfassil ta’ politika u leġislazzjoni peress li ħafna drabi dawn ikollhom snin twal ta’ esperjenza u jkunu qed jaħdmu direttament man-nies involuti fil-qasam tagħhom.

Waqt il-laqgħa tkellmet ukoll is-Sinjura Lara Cascun, li hija ċ-Chairperson ta’ Hospice Malta.  Is-Sinj. Cascun qalet li l-bord tat-tmexxija huwa sodisfatt ħafna bil-livell għoli ta’ kura paljattiva li tingħata lill-pazjenti. 

Hi tkellmet dwar kif Hospice Malta twaqqfet f’Malta fl-1989 biex tagħti kura paljattiva lill-pazjenti tal-kanċer u lil qrabathom.  Dan is-servizz illum qed jingħata lil ferm aktar pazjenti li għandhom mard serju ieħor.

Matul l-aħħar 25 sena l-Hospice Malta kellha aktar minn 7,000 pazjent.  Fil-preżent, medja ta’ 50 pazjent fix-xahar ikunu referuti għal din l-organizzazzjoni.

Aktar tagħrif dwar Hospice Malta jista’ jinkiseb minn fuq is-sit www.hospicemalta.org.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow