Left arrow Go Back

IFFIRMAT MEMORANDUM OF UNDERSTANDING BEJN IL-GVERN MALTI U Ċ-ĊENTRU TA’ CIHEAM

pr140322
Date Icon 24/02/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes iffirma ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-Istitut Agrikolu Mediterran ta’ Bari (IAMB) fi ħdan iċ-CIHEAM (International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies). Dan ġie ffirmat mid-Direttur tal-IAMB u Segretarju Ġenerali taċ-CIHEAM Dr. Cosimo Lacrignola fil-preżenza tal-Ambaxxatur Taljan Giovanni Devito.

Din il-kollaborazzjoni ser tkun waħda teknika, amministrattiva u legali fejn uffiċjali tal-IAMB ser iżuru Malta f’sensiela ta’ laqgħat fuq temi differenti fil-biedja, kemm ma’ bdiewa u rappreżentanti tas-setturi differenti kif ukoll mal-entitajiet pubbliċi differenti marbutin mal-biedja.

Fost it-temi li ser jiġu affrontati b’din il-kollaborazzjoni hemm il-kwalità tal-prodotti agrikoli, is-sostenibilità tal-produzzjoni u t-titjieb tal-effiċjenza fil-biedja. Dan il-ftehim kien segwit minn seminar dwar it-tħejjija ta’ politika ta’ kwalità tal-prodotti agrikoli f’Malta. L-ewwel parti tas-seminar ġie indirizzat mis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes u Dr. Lacrignola kif ukoll minn esperti tal-IAMB li tkellmu dwar il-qafas tal-kwalità bħal dak tal-mudell fil-Puglia. Ġew diskussi wkoll, il-modijiet kif dan il-mudell jista’ jiġi wżat b’suċċess f’Malta.

Fit-tieni parti tas-seminar tkellem kelliem tal-Kummissjoni Ewropea, Dr. Leonard Mizzi li ta preżentazzjoni dwar il-proposti l-ġodda li qed jiġu diskussi fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej dwar ir-Regolament għall-Promozzjoni u Informazzjoni tal-Prodotti Agrikoli. Din id-diskussjoni involviet ideat dwar il-qafas li taħtu jistgħu  jkomplu jiġu mgħarfa aħjar il-konsumaturi dwar prodotti agrikoli Maltin u l-istandards Ewropej u ta’ traċċabilità li dawn jiggarantixxu.

Dan ix-xogħol ġie spjegat mis-Segretarju Parlamentari Galdes bħala l-ewwel f’sensiela ta’ laqgħat ta’ ħidma li ser isiru mal-istakeholders individwali fix-xhur li ġejjin sabiex jintlaħaq qafas mixtieq li jagħti r-riżultati fil-qasam tal-kwalità u trasparenza li llum hu mitlub mill-konsumaturi.

Diskors: pr140322a.pdfpr140322a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow