Left arrow Go Back

FL-2013 KELLNA REKORD TA’ INVESTIMET APPROVAT LI FI 3 SNIN SE JIĠĠENERA AKTAR MINN 2600 IMPJIEG – IL-MINISTRU CARDONA

pr140315
Date Icon 22/02/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha ta rendikont tal-ħidma mwettqa mill-korporazzjoni Malta Enterprise fl-aħħar 10 xhur. Il-Ministru Cardona qal li fis-sena 2013 il-Malta Enterprise approvat rekord ta’ investiment  li fi 3 snin mistenni joħloq aktar minn 2600 impjieg ġdid f’pajjiżna. Qal li dan huwa sinjal ċar tal-viżjoni li għandu dan il-Gvern, li f’10 xhur għamel aktar minn kemm għamlet l-amministrazzjoni preċedenti f’5 snin sħaħ.

“Din hija wkoll prova ċara li dan huwa gvern business friendly, li jrid jippromwovi l-investiment u b’konsegwenza joħloq impjiegi ġodda f’pajjizna għaliex, kif dejjem nisħaq, huwa is-settur privat li joħloq ix-xogħol, u hekk għandu jkun,” saħaq il-Ministru tal-Ekonomija, Investimet u Intrapriżi Żgħar.

Il-Ministru Cardona ta rendikont tal-istat li kienet tinstab fih il-Malta Enterprise qabel il-bidla fil-Gvern. Fl-2012, il-Malta Enterpsise kienet irreġistrat żewġ proġetti ta’ investiment barrani ġdid biss li kien imbassar li se joħolqu 38 impjieg fuq medda ta’ 3 snin. Fl-aħħar leġiżlatura il-medja ta’ investiment dirett barrani approvat kien ta’ 7 fis-sena.

Minn Marzu 2013 il-Malta Enterprise, taħt amministrazzjoni ġdida, approvat numru ta’ proġetti li mistennija joħolqu aktar minn 2,600 impjieg ġdid. Fost dawn il-proġetti ġew approvati 36 investiment barrani kompletament ġdid.

Il-Ministru Cardona semma wkoll  l-ispinta ’l quddiem li ngħatat lill-investiment lokali fejn ġew approvati 50 proġett kompletament ġdid u 31 espansjoni. Dan huwa nifs ġdid lill-qasam tal-manifattura lokali li qed jinħass diġà. Huwa mbassar, li abbażi tal-proġetti li ġew approvati, globalment se jsiru investimenti ġodda bi kwazi 166 miljun ewro fuq medda ta’ 3 snin. 

“Kuntenti bir-rekord li ksibna, imma nkunu kuntenti aktar jekk jirnexxielna niksru r-rekord tagħna stess tul din is-sena u fis-snin li ġejjin” sostna Dr. Chris Cardona.

Għalhekk il-Gvern se jniedi politika dwar l-industrija li ser twassal biex tinħoloq bażi industrijali li tkun dinamika u b’saħħitha; xi ħaġa li hija indispensabbli għall-ekonomija Maltija b’saħħitha fl-Ewropa. Il-Ministru qal li f’dan l-istadju għaddej il-proċess biex jinħoloq kumitat, li se jkun immexxi mill-Malta Enterprise, biex jibda jiddiskuti il-bażi għall-ħolqien ta’ din l-Industrial Policy.

“Fadal ħafna xi jsir. Perà ir-rizultati qegħdin juru biċ-ċar li qegħdin fit-triq it-tajba. Nifraħ lill-ħaddiema kollha u l-managment tal-Malta Enterprise għax xogħol siewi li wettqu matul is-sena li għaddiet u nawguralhom li dan is-suċċess li qed niċċelebraw illum nerġgħu niċċelebrawh flimkien fis-snin li ġejjin” temm jgħid il-Ministru Chris Cardona.

Il-Konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Malta Enterprise kienet indirizzata wkoll miċ-Chairman tal-Korporazzjoni Dr. Mario Vella li ta presentazzjoni dettaljata tar-riżlutati miksuba, li kopja tagħha qed tintbgħat ma’ din l-istqarrija.

Presentazzjoni: pr140315c.pptxpr140315c.pptx

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow