STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-MANIFEST ELETTORALI
Fil-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata illum mill-kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Ewropej u l-Fondi tal-Unjoni Ewropea ħareġ ċar li l-Partit Nazzjonalista għadu ma fehem xejn mill-istqarrija tal-Gvern maħruġa l-bieraħ u qed jipprova jdaħħal id-dubji fejn m’hemmx.
Jidher li l-għan tal-Oppożizzjoni illum kien li tirriċikla argumenti li diġa ġew imxejna u tkompli tkun negattiva u mingħajr proposti konkreti. Ta’ min wieħed jfakkar li minkejja li l-Gvern stieden sa minn Ġunju li għadda lill-Oppożizzjoni sabiex tikkontribwixxi fit-tfassil tal-iprogrammar tal-fondi Ewropej, sal-lum hija naqset milli tagħmel dan.
Madanakollu l-proċess ta’ programmar dwar il-fondi Ewropej 2014-2020 huwa miexi kif previst u skont ir-regolamenti Ewropej. Huwa l-għan tal-gvern li sal-aħħar ta’ din is-sena joħroġ skemi għal benefiċċju tal-industrija u taċ-ċittadin.
Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li ġara fil-perjodu 2007-2013 fejn minkejja li l-operational programmes kienu approvati fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju 2007, il-gvern kien nieda l-ewwel skemi għall-industrija mhux qabel l-bidu tal-2009, aktar minn sena wara li l-programm kien filfatt approvat. Dan il-punt, fl-ebda ħin, ma kien miċħud waqt din il-konferenza.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en