Left arrow Mur Lura

MALTA TQAJJEM L-ISFIDI TAL-LIBJA FIS-SIGURTÀ WAQT IL-LAQGĦA TAL-FSC

pr140307mt
Date Icon 21/02/2014

Id-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Koperazzjoni Internazzjonali tal-Libja, Dr Abdul Razak Al-Grady kien il-mistieden speċjali taċ-Chairmanship ta’ Malta waqt il-laqgħa plenarja tal-Forum tal-Koperazzjoni fis-Sigurtà (FKS), fejn ġie diskuss ‘It-traffikar illeċitu tal-armamenti fir-Reġjun tal-Mediterran.’

Fid-diskors tiegħu, Al-Grady irringrazzja lil Malta talli tat l-opportunità lil-Libja sabiex tqajjem l-isfidi li l-pajjiż għaddej minnu fil-qasam tas-sigurtà waqt li appella lill-OSCE u lill-komunità internazzjonali sabiex jassistu aktar lil-Libja biex tindirizza l-fenomenu tat-traffikar illeċitu tal-armamenti. Il-Ministru tkellem fid-dettal dwar l-inizjattivi dwar il-proliferazzjoni li wettqet b’suċċess il-Libja, b’mod partikolari fil-qerda tal-armamenti kemikali skont l-obbligazzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Armamenti Kemikali. Huwa rrikonoxxa l-esperjenza li għandha l-OSCE, li ċertament tista’ tkun ta’ għajnuna lil-Libja fir-rigward tal-proliferazzjoni tal-armamenti u sabiex tmexxi l-forzi armati, b’mod partikolari.

Fir-risposti tagħhom għal dan id-diskors, bosta mill-pajjiżi parteċipanti laqgħu l-inizjattiva li ħadet Malta sabiex tistieden lil-Libja għal dan id-djalogu dwar is-sigurtà fl-FKS waqt li tennew is-sapport tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Libja sabiex tingħata l-istatus ta’ Sieħeb għall-koperazzjoni fil-Mediterran.

L-Ambaxxatur Keith Azzopardi, li hu ċ-Chairman preżenti tal-FKS, tenna l-impenn ta’ Malta li tassisti lil-Libja sabiex tilħaq l-aspirazzjonijiet tal-poplu Libjan billi ssaħħaħ id-demokrazija u r-rule of law, kif ukoll tkellem dwar il-benefiċċji li l-Libja tista’ tgawdi mill-OSCE waqt li tindirizza l-isfidi fis-sigurtà, ladarba l-Libja tissieħeb fil-famlja tal-Imsieħba għall-Koperazzjoni

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow