Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT ĠDID TA’ €27 MILJUN MILL-KUMPANIJA FARSONS

pr140304
Date Icon 21/02/2014

Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat, akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, Michael Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għal Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, Edward Zammit Lewis, żar l-impjant tal-Kumpanija Farsons fl-Imrieħel fejn tħabbar investiment ġdid ta’ seba’ u għoxrin miljun Ewro (€27 miljun) f’Beer Packaging facility ġdida. L-għan ta’ dan l-investiment huwa li l-kumpanija filwaqt li tkompli tagħti servizz lis-suq lokali, iżżid l-esportazzjoni tal-prodott tagħha lejn swieq ġirien ta’ Malta.

Il-Prim Ministru laqa’ dan l-investiment li huwa aħbar tajba kemm għall-industrija, kif ukoll għall-ekonomija lokali. Irringrazzja lill-kumpanija għall-fiduċja li dejjem intweriet fl-ekonomija ta’ pajjiżna u għal mod ħolistiku li bih qed twettaq dan il-pass, li jiżgura wkoll tisħiħ tal-impjiegi.


Il-Prim Ministru wera apprezzament għal mod kif Malta Enterprise kienet strumentali biex sar dan l-investiment. Il-Gvern jilqa’ ideat innovattivi bħal dawn li jsaħħu l-viżjoni tiegħu ta’ Malta Maltija, Ewropea iżda wkoll globali. Il-prodott Malti kapaċi jkun suċċess u kapaċi jġib l-aħjar fis-swieq internazzjonali.

Il-Gvern huwa kommess li jara li tinqata’ l-burokrazija eċċessiva sabiex ikun iffaċilitat il-proċess għal dawk kollha li jixtiequ jinvestu. Se jara wkoll li l-ispejjeż għall-investituri ma jkunux qed jiżdiedu b’mod inutli permezz tal-Government Induced Costs. Il-pjan tal-Gvern jinkludi l-enerġija fejn qed jiġi diskuss u se tittieħed azzjoni biex wara l-investiment fl-enerġija li jkun sar mill-kumpanija, jingħata roħs ieħor li jgħin biex il-kumpanija tkun tista’ tissalvagwardja l-impjiegi, toħloq impjiegi ġodda kif ukoll biex il-prodott tagħha jkun dejjem iktar kompetittiv.

Il-Gvern jimpenja ruħu li jipprovdi struttura tal-istat li tagħmel kuraġġ lill-investituri u jilqa’ ideat ġodda u innovattivi għal investimenti ġodda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow