Left arrow Mur Lura

L-ISTRATEĠIJA NAZZJONALI GĦAR-RIĊERKA U INNOVAZZJONI 2014-2020 PREŻENTATA LILL-MINISTRI EWROPEJ FI BRUSSELL

pr140303mt
Date Icon 21/02/2014

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo jitkellem dwar l-għan tal-Gvern Malti li sal-2020 jirdoppja l-investiment relatat ma' riċerka u innovazzjoni

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo indirizza laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għar-Riċerka u l-Kompetittività li sar fi Brussell, il-Ġimgħa 21 ta' Frar.

Bi pjaċir ħabbar li ġiet approvata l-Istrateġija Nazzjonali tar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li tkopri s-snin bejn l-2014 u l-2020.

Is-Segretarju Parlamentari fisser li l-istrategija Maltija tagħraf li pajjiżna għadu fil-bidu tal-mixja favur attività ekonomika bbażata fuq riċerka u innovazzjoni.

Fil-preżenza ta' Ministri Ewropej, għaraf ix-xogħol siewi li sar s'issa. Iżda żied jgħid li f'Mejju li għadda dan il-Gvern għolla l-aspettattivi tiegħu, u qed jimmira li sal-2020, l-investiment relatat ma' riċerka u innovazzjoni jilħaq it-2% tal-Prodott Gross Domestiku.

Dan meta fl-2012, l-investiment kien ta' 0.84% tal-Prodott Gross Domestiku. Dan ifisser li l-investiment f'dan ir-rigward se jiżdied b'aktar mid-doppju.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo emfasizza li mira bħal din teħtieġ ħafna ħidma. Għalhekk sostna d-determinazzjoni tiegħu li pajjiżna jkompli jinvesti fir-riżors uman, sabiex ikollna aktar riċerkaturi.

Semma l-ħtieġa ta' investiment fl-infrastruttura u industrija ta’ natura innovattiva. Din it-tip ta' industrija toffri xogħol ta’ valur miżjud ogħli, f'setturi bħal dak marittimu, l-avjazzjoni u l-ambjent.

"Irridu naħdmu favur metodi ġodda ta’ finanzjament għan-negozji żgħar u medji, li huma s-sinsla tal-mutur ekonomiku ta’ pajjizna", żied jgħid is-Segretarju Parlamentari.

Saħaq li qed jaħdem favur il-preżenza ta' ċentri ta' eċċellenza f'Malta, li jattiraw industriji stabbiliti u multinazzjonali, bil-għan li parti mir-riċerka ssir f'dawn il-gżejjer.

"Jekk kull pajjiż Ewropew ikollu ċentru ta’ eċċelenza", stqarr is-Segretarju Parlamentari, "il-kompetittività Ewropea tkun minn ta’ quddiem nett fl-ambitu dinji".

Tkellem ukoll dwar il-mixja tal-Gvern Malti favur l-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika. Semma r-riforma tal-qrati, ir-riforma fl-ogħti tal-kuntratti, is-simplifikazzjoni u it-tnaqqis tal-burokrazija.

"Dan kollu għandu jwassal biex nagħmlu n-negozju tagħna aktar kompetittiv", temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow