Il-KUNSILL KONSULTATTIV TAN-NOFSINHAR TA’MALTA
F’Novembru li għadda l-Prim Ministru Joseph Muscat fid-diskors tiegħu għal Budget 2014, kien ħabbar it-twaqqif tal-Kunsill Konsultattiv ghan-Nofsinhar ta’ Malta.
Dan wara li nħasset il-ħtiega li għandu jkun hemm organu li għandu jgħarbel il-problemi li jeżistu f’dawn l-inħawi u li jagħti ħajja lin-Nofsinhar ta’ Malta. Naturalment dan il-Kunsill Konsultattiv għandu joħrog bis-suġġerimenti dwar x’azzjonijiet għandhom jittieħdu sabiex dawn il-problemi jingħelbu u b’hekk nwasslu għal għajxien aħjar. Il-problemi huma diversi, fosthom dawk li nħolqu mal-milja tas-snin kawża ta’ żvilupp industrijali, problemi soċjali u ambjentali.
L-għan ta’ dan il-Kunsill Konsultattiv huwa kunsill li jisma’, jisma’ xi trid tgħid kull organizzazzjoni li taqa taħt il-ħidma ta’ dan il-kunsill però jisma’ ukoll l-ideat u l-ħsibijiet tas-sindki. Il-ħidma tal-kunsilli lokali tmur lura ghal dawn l-aħħar għoxrin sena u għalhekk huwa importanti li bħala Kunsill nirrikorru għandkom sabiex naraw x’inhuma l-isfidi li qed jiffaċċjaw bħala kunsilli lokali, kif ukoll x’inhuma l-ispirazzjonijiet u x-xewqat tar-residenti tal-lokal li l-kunsilli jmexxu.
L-oqsma li dan il-Kunsill Konsultattiv ħa jkun qed ikopri fil-ħidma tiegħu fi żmien li ġej huma vajri, fosthom il-qagħda soċjali u edukattiva fil-lokal, żvilupp sostenibbli, opportunitajiet sabiex jkun attirat iktar turiżmu lejn dawn l-inħawi kif ukoll il-wirt storiku. Oqsma oħra li dwarhom il-Kunsill Konsultattiv jixtieq jisma’ l-ideat huma l-immanġjar aħjar tat-traffiku, il-qagħda ambejntali u għarfien ikbar tal-ġmiel naturali f’dan ir-reġjun kif ukoll ħolqien ta’ spazji rikreattivi għalikom ir-residenti.
Fl-aħħar mill-aħħar jien bħala iċ-Chairman irid jassigura li dan il-kunsill ma jkunx jeżisti biss għall-isem imma jrid jara li jkun wieħed konsultattiv, effettiv u li jħalli l-frott meħtieġ ħalli b’hekk iċ-ċittadin hemm barra verament iħoss l-iżvilupp tant mixtieq fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en