Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr140297
Date Icon 20/02/2014

Gvern Nazzjonalista neħħa l-Compliance Unit u fis-snin ta’ wara sploda s-serq tal-elettriku

Waqt programm fuq l-istazzjon nazzjonali il-Ministru Konrad Mizzi żvela kif fl-2010 Gvern Nazzjonalista neħħa l-Compliance Unit fl-Enemalta.


Fost il-funzjonijiet ta’ dan il-unit kien hemm il-moniteraġġ ta' serq tal-elettriku.


Fis-snin ta' wara, fl-2011 u fl-2012 sploda s-serq u laħħaq it-tletin miljun ewro f’sena.

Il-Ministru Mizzi kkwota komunikazzjoni tal-Enemalta li fiha kien tħabbar li l-Compliance Unit kien ser jingħalaq bir-raġuni mogħtija tkun li dan ma kienx hemm aktar ħtieġa tiegħu minħabba żvilupp teknoloġiku.


B' din id-deċiżjoni, sbatax-il impjegat tal-Enemalta ġew trasferiti f'sezzjonjijiet oħra tal-Korporazzjoni.

Dan sar bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.

Sadanittant, il-konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-Partit Nazzjonalista, aktar kmieni, tkompli turi kemm l-Oppożizjoni iktar jinteressaha li targumenta fuq punti legali li ma jreġġux milli tindirizza l-għeruq tal-problema.

Il-Gvern qed jimxi skont Avviz Legali maħruġ taħt il-Gvern preċedenti.

Mhux biss, il-Gvern preċedenti kien jaf b’dan is-serq u ħalla kollox għaddej iżda issa ma jridx li jinqabad min hu l-moħħ wara dan ir-racket.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow