Left arrow Mur Lura

LAQGĦA SPEĊJALI TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI MAL-KANDIDATI TAL-PARLAMENT EWROPEW

pr140294
Date Icon 20/02/2014

Dalgħodu saret laqgħa speċjali tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali li għaliha kienu mistiedna l-kandidati tal-Parlament Ewropew (PE).

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli, qalet li din il-laqgħa qed issir fl-isfond tal-fatt li l-Gvern jemmen fit-tisħiħ tad-djalogu soċjali f’pajjiżna.  Hi qalet li l-involviment tal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’dan il-forum hija utli biex temi relatati mal-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku u soċjali jitpoġġew aktar fuq l-aġenda Ewropea.

Il-Ministru Dalli appellat lill-imsieħba soċjali biex jieħdu l-opportunita` tal-lum u jagħtu widen lill-kandidati li huma f’kuntatt dirett kontinwu maċ-ċittadini.  Hi qalet li l-Gvern u l-imsieħba soċjali għandhom bżonn jisimgħu lill-kandidati għax huma l-vuċi tal-poplu.

Il-Ministru Dalli qalet li huwa importanti li dan l-eżerċizzju jitkompla anke wara l-elezzjoni tal-PE, fejn minn żmien għall-ieħor il-Membri Parlamentari Ewropej jiltaqgħu mal-imsieħba soċjali fi ħdan din l-istruttura. 

Il-Ministru Helena Dalli qalet li l-għan aħħari ta’ dan id-djalogu huwa li ntejjbu l-kwalita` tal-ħajja tal-poplu Malti u mmexxu l-pajjiż ’l quddiem.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow