Left arrow Mur Lura

ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN: PREZZIJIET TAL-MGSs B’RATA TA’ MGĦAX FISSA

pr140293mt
Date Icon 20/02/2014

B’referenza għall-Press Release Nru. 140251, ta’ nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Frar, 2014 l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock li qiegħed jiġi offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

(i)     3.2% Stock tal-Gvern ta' Malta 2019 (V) Fungibility Issue bi prezz ta’ €105.50 b’YTM ta’ 2.119%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal  2.130%;

(ii)    3.3% Stock tal-Gvern ta' Malta 2024 (I)bi prezz ta’ €100.25 b’YTM ta’ 3.272%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.299%;u

(iii)   4.45% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2032 (II), bi prezz ta’ €100.25 b’YTM ta’ 4.430% li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal  4.479%.

L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn l-24 ta’ Frar, 2014 fit-8.30 a.m. u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal- Accountant General:

(a)fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa s-26 ta’ Frar, 2014 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u
(b)f’nofsinhar tat-Tnejn it-3 ta’ Marzu, 2014 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor, www.treasury.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow