L-ALLOKAZZJONI GĦALL-PROGRAMM LEADER TIKBER MINN €4 MILJUN GĦAL €6.8 MILJUN
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej illum ħabbar li l-allokazzjoni għall-programm Leader fil-programm finanzjarju Ewropew li beda din is-sena sejra tiżdied minn €4 miljun għal €6.8 miljun. Dan il-Programm ta’ finanzjament Ewropew huwa mmexxi minn tliet Gruppi ta’ Azzjoni Lokali Xlokk, Majjistral u Għawdex.
Biex wieħed ikun eleġibbli minn dawn il-fondi jrid ikun jew:
· Entità privata legali Mikro u żgħira
· NGO
· Jew Inizjattivi/Proġetti ta’ Gruppi.
L-għan ta’ dan il-programm huwa li jgħin lill-entitajiet benefiċjarji biex isaħħu l-kapaċità tagħhom fil-promozzjoni u l-prattika tal-arti u l-kultura madwar il-lokalitajiet Maltin fit-tliet reġjuni msemmija. Il-proġetti li jistgħu jiġu mwettqa biex jintlaħaq dan l-għan huma titjieb fil-bini minn fejn dawn l-entitajiet joperaw u xiri jew titjieb ta’ makkinarju, tagħmir u armar.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en