LAQGĦA BEJN L-STUDENTI DEMOKRISTJANI MALTIN U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI BUONTEMPO
pr140291
20/02/2014
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo laqa’ r-rappreżentanti tal-għaqda tal-istudenti SDM fl-uffiċċju tiegħu.
Waqt din il-laqgħa ġew diskussi diversi materji fosthom n-nuqqas ta’ attiviżmu tal-istudenti speċjalment fl-Università kif ukoll proġett ta’ open air gym għall-Junior College. Is-Segretarju Parlamentari Buontempo wera l-apprezzament tiegħu għal din il-laqgħa u wegħdhom kull appoġġ fejn ikun possibbli.
L-SDM irringrazzjat lis-Segretarju Parlamentari Buontempo mhux biss talli stedinhom għal din il-laqgħa iżda talli sema’ s-suġġermenti tagħhom. Huma appellaw lill-awtoritajiet biex jisimgħu l-opinjonijiet tal-istudenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en