Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-MAINFEST ELETTORALI

pr140289mt
Date Icon 20/02/2014

Il-Ministeru jieħu nota tal-pożizzjoni li ħabbret l-MHRA fejn esprimiet is-sodisfazzjon tagħha rigward il-proċess ta’ programmar li għaddej bħalissa dwar il-fondi Ewropej 2014-20 u li s-settur tat-turiżmu ser ikun beneficjarju importanti minn skemi sa minn din is-sena stess.

Il-proċess ta’ programmar dwar il-fondi ewropej 2014-2020 huwa miexi kif previst u skond ir-regolamenti ewropej.  Tajjeb li wieħed isemmi li l-gvern diġa nieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-partnership agreement u jinsab fl-aħħar fażijiet biex dan jiġi sottomess lill-Kummissjoni Ewropeja.  Huwa wkoll mistenni li ssir konsultazzjoni pubblika dwar l-operational programmes għal dawn il-fondi.  Eventwalment, huwa l-għan tal-gvern li sal-aħħar ta’ din is-sena joħroġ skemi ghal benefiċċju tal-industrija u taċ-ċittadin.

Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li ġara għal-perjodu 2007-2013 fejn minkejja li l-operational programmes kienu approvati fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju 2007, il-gvern kien nieda l-ewwel skemi għall-industrija mhux qabel l-bidu tal-2009, aktar minn sena wara li l-programm kien filfatt approvat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow