STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA
Investigazzjoni mill-Pulizija fuq uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sajd
Il-Pulizija qed tagħmel investigazzjoni fuq uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sajd fuq allegazzjonijiet ta’ misapproprjazzjoni ta’ flus dovuti lill-Gvern. Dan sar wara audit intern li sar mid-Dipartiment u li sab li jista’ jkun hemm tbgħabis fi flus li kienu dovuti lill-Gvern u li saħansitra jmorru lura għal diversi snin.
Fis-7 ta’ Frar 2014, wara konsultazzjoni mas-Segretarju Permanenti, il-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari talbu lill-Pulizija biex tinvestiga l-każ. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u mhux għaqli li wieħed jikkummenta iżjed f’dan l-istadju.
Il-Gvern qed jiehu b’serjeta’ kbira każijiet li fihom uffiċjali pubbliċi li qed iservu lill-poplu jinqabdu f’rackets ta’ serq u korruzzjoni. Il-Gvern kommess li jaqbad il-ħuta l-kbira f’każijiet simili u l-appell anke f’każijiet bħal dawn huwa li min għandu informazzjoni għandu jersaq ‘il quddiem biex jinkixfu abbużi serji.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en