Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA

pr140281
Date Icon 19/02/2014

Investigazzjoni mill-Pulizija fuq uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sajd

Il-Pulizija qed tagħmel investigazzjoni fuq uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sajd fuq allegazzjonijiet ta’ misapproprjazzjoni ta’ flus dovuti lill-Gvern.  Dan sar wara audit intern li sar mid-Dipartiment u li sab li jista’ jkun hemm tbgħabis fi flus li kienu dovuti lill-Gvern u li saħansitra jmorru lura għal diversi snin.  

Fis-7 ta’ Frar 2014, wara konsultazzjoni mas-Segretarju Permanenti, il-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari talbu lill-Pulizija biex tinvestiga l-każ. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u mhux għaqli li wieħed jikkummenta iżjed f’dan l-istadju.

Il-Gvern qed jiehu b’serjeta’ kbira każijiet li fihom uffiċjali pubbliċi li qed iservu lill-poplu jinqabdu f’rackets ta’ serq u korruzzjoni. Il-Gvern kommess li jaqbad il-ħuta l-kbira f’każijiet simili u l-appell anke f’każijiet bħal dawn huwa li min għandu informazzjoni għandu jersaq ‘il quddiem biex jinkixfu abbużi serji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow