STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI
Estiż il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-‘Green Paper: Struttura għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali
Fuq talba ta’ diversi għaqdiet u membri tal-pubbliku, il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-‘Green Paper: Struttura għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali’ ġie estiż għas-7 ta’ Marzu, 2014.
B’hekk, dawk kollha interessati u li jixtiequ jgħaddu suġġerimenti dwar dan id-dokument għandhom ġimgħatejn oħra biex jagħmlu dan.
B’din l-estenzjoni, il-Gvern se jibqa’ japprofonda l-impenn għall-proċess ta’ titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies kollha, speċjalment dawk żvantaġġjati.
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu elettronikament fuq antipoverty.mfss@gov.mt jew inkella permezz ta’ ittra indirizzata: Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Palazzo Ferreria, 310 Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
Kopja ta’ dan id-dokument tista’ titnizzel mis-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali www.family.gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en