Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr140276
Date Icon 18/02/2014

Ippreżentat it-tieni rapport tal-Bord tal-Inġustizzji fl-Armata. Il-maġġoranza tal-każi huma ġustifikati. Il-Bord jingħata terminu ieħor biex ikun jista’ jinvestiga każijiet li jmorru seba’ snin lura.

Il-maġġoranza tal-każijiet investigati dwar inġustizzji fl-armata li seħħew fil-passat, kienu ġustifikati. Dan ħareġ waqt il-preżentazzjoni tat-tieni rapport fuq Inġustizzji fl-Armata mill-Bord tal-Inġustizzji.

Dan it-tieni rapport jinkludi 112-il każ, filwaqt li l-ewwel rapport li kien preżentat f’Diċembru li għadda, kien fih 101 każ. Maġġoranza ta’ sittin fil-mija tal-każijiet fiż-żewġ rapporti kienu każijiet ġenwini.  Dan ifisser li jrid jingħata rimedju għalihom għax fil-passat saru inġustizzji ċari fl-Armata bħal pereżempju ma ngħatawx promotions mistħoqqa jew inkella kien hemm trattament mhux xieraq inkluż offiżi verbali u inġustizzji oħra.

Waqt il-preżentazzjoni, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia ħabbar li  dan il-Bord ser jingħata terminu ieħor sabiex ikun konformi mal-Bordijiet tal-Inġustizzji li l-Gvern waqqaf f’kull ministeru u li  jirċievu lmenti li jmorru lura għal seba’ snin. Hekk kif qabel ingħata l-estensjoni, il-Bord kellu struzzjonijiet biex jirċievi lmenti li jmorru lura sa ħames snin.

Il-Bord tal-Inġustizzji fl-Armata li waqqaf il-Ministru Mallia kien effetivament l-ewwel bord tal-Inġustizzji li ħoloq dan il-gvern. Dan l-istess Bord li issa għandu t-terminu tiegħu estiż, ser jinvestiga wkoll ilmenti li diġà ġew sottomessi, u għadhom ma ġewx eżaminati. Minn 318 ilment, s’issa l-Bord tal-Inġustizzja investiga  213–il każ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow