IL-‘BENDY BUSES’ MIBJUGĦA GĦALL-PREZZ TA’ €601,200
Il-bendy buses se jiġu esportati lejn is-Sudan wara li kumpanija Maltija offriet €601,200 (eskluż il-VAT) għal dawn il-karozzi li tħallew f’Malta mill-kumpanija Arriva.
Is-sejħa għall-espressjoni ta’ interess għall-bejgħ tal-bendy buses għalqet nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Frar 2014. Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jikkonferma li rċieva tliet offerti.
Wara li f’dawn il-jumejn infetaħ il-proċess biex tiġi identifikata l-aħjar offerta mressqa, ibbażata fuq l-ogħla prezz offrut, intgħażlet kumpanija Maltija li offriet is-somma ta’ €601,200 (eskuż il-VAT)
Il-kumpanija magħżula se tiffirma l-‘acceptance letter’ u tissottometti depożitu ta’ ħlas sal-Ġimgħa 21 ta’ Frar.
Il-kumpanija hija marbuta biex fi żmien erba’ ġimgħat mill-iffirmar, tesporta l-‘bendy buses’ kif ukoll l-‘ispare parts’ tagħhom barra mill-pajjiż. Dawn se jiġu esportati lejn is-Sudan.
Għalkemm il-‘bendy buses’ ma kinux jifformaw parti min-negozjati li saru bejn l-Arriva u l-Gvern, li jfisser li lill-Gvern ma swewh xejn, id-dħul mill-bejgħ tagħhom se jkun qed imur bħala flus għall-kumpanija Malta Public Transport Services.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en